
Malti: L-Amazon
Presentation
•
Other
•
5th - 8th Grade
•
Hard
Loredana Muscat
Used 4+ times
FREE Resource
7 Slides • 9 Questions
1
Malti: L-Amażon
2
https://www.youtube.com/watch?v=knx7RYNM2m4
3
L-akbar foresta fid-dinja hija l-Amazon. Din qiegħda fin-nofsinhar tal-Amerka u tant hi kbira li tinstab f’diversi pajjiżi fosthom il-Brażil, il-Perù u l-Kolumbja. (paragrafu 1)
4
Fl-Amazon tagħmel ħafna sħana u xita matul is-sena kollha. Dan jagħmel il-foresta sinjura fin-natura. Infatti fil-foresta jgħixu l-biċċa l-kbira tal-annimali li jeżistu fid-dinja. Xi xjentisti jaħsbu li saħansitra hemm annimali li għadna ma nafux bihom. Fl-Amazon hemm ħafna annimali indiġeni jiġifieri li ma ssibhom imkien għajr f’din il-foresta. Fil-foresta nsibu wkoll nies li jgħixu fi gruppi differenti msejħa tribujiet. Dawn kollha għandhom il-lingwa tagħhom u jgħixu madwar ix-xmara Amazon. L-ikel għall-għajxien tagħhom iġibuh mill-ħxejjex li jkabbru u mill-ħut li jistadu għalih mix-xmara. (paragrafu 2)
5
Il-foresta fiha erba’ saffi differenti. Fis-saff t’isfel ikun hemm weraq imxarrab u friegħi mkissrin. Il-ħamrija tkun umda ħafna minħabba l-ammont kbir ta’ xita. Ikun hemm is-saff fejn jikbru siġar u pjanti żgħar. Imbagħad insibu s-saff fejn jikbru siġar tant twal u folti li l-weraq tagħhom jingħaqad ma’ xulxin u jifforma speċi ta’ tinda. Fuq nett insibu l-itwal siġar. Xi annimali jiċċaqalqu minn saff għal ieħor waqt li oħrajn jgħixu biss fin-naħa ta’ fuq tal-foresta u qatt ma jmissu mal-art.
(paragrafu 3)
6
F’din il-foresta tista’ tgħid li se tara l-isbaħ kuluri l-aktar fuq għasafar, friefet u żrinġijiet. Pappagalli kbar u kkuluriti jgħixu fl-Amazon. F’din il-foresta nsibu tipi t’għasafar li mhux talli għandhom rix imżejjen bl-isbaħ kuluri, talli għandhom munqar kbir u kkulurit. Insibu xadini jiddendlu u jaqbżu fuq is-siġar. Fl-Amazon insibu ħafna annimali perikolużi għall-bniedem. Fost dawn insibu il-ġagwar, is-serp anakoda, il-kukkudrill, żrinġijiet ikkuluriti, tipi ta’ brimb u l-ħut pirana.
(paragrafu 4)
7
Sfortunatment din il-foresta tinsab fil-periklu. Dan għaliex il-bniedem qed juża l-art tal-foresta biex ikabbar is-siġar tal-banana jew il-pjanta li minnha jsir iz-zokkor. Bnedmin oħra qed jaqtgħu s-siġar tal-foresta jew iħaffru l-art għat-tiftix taż-żejt. Dan kollu qed jeqred il-ħajja tal-annimali u tan-nies li jgħixu hemm u li jiddependu min-natura biex jgħixu.
(paragrafu 5)
8
Multiple Select
Fl-Amazon tagħmel ħafna xita
Veru
Falz
9
Multiple Select
In-nies li jgħixu fil-foresta Amazon jgħixu fi tribujiet.
Veru
Falz
10
Multiple Select
Fil-foresta Amazon hemm ħames saffi.
Veru
Falz
11
Multiple Select
Il-ħut pirana mhux perikoluż għall-bniedem.
Veru
Falz
12
Multiple Select
Il-foresta Amazon tinsab f’bosta pajjiżi fosthom
fil-Brażil, l-Afrika u l-Kolumbja.
fil-Brażil, il-Perù u l-Kolumbja.
fil-Brażil, l-Italja u l-Kolumbja.
13
Multiple Select
Annimali indiġeni huma annimali li ssibhom
fl-Amazon biss.
f’kull foresta tad-dinja.
fl-Ewropa biss.
14
Fill in the Blanks
Type answer...
15
Fill in the Blanks
Type answer...
16
Fill in the Blanks
Type answer...
Malti: L-Amażon
Show answer
Auto Play
Slide 1 / 16
SLIDE
Similar Resources on Wayground
12 questions
Educazione all'ambiente
Presentation
•
6th - 8th Grade
11 questions
What you know?
Presentation
•
KG
12 questions
esercitazione per casa scomposizione polinomi
Presentation
•
KG
17 questions
L'imparfait, parfait !
Presentation
•
KG
9 questions
Cultura și Viața de R.P.D. Coreeană
Presentation
•
5th - 8th Grade
12 questions
C03 - Une nouvelle espèce chimique
Presentation
•
6th - 9th Grade
11 questions
Lenape Nation of PA
Presentation
•
5th - 6th Grade
15 questions
Repaso primer parcial (7mo)
Presentation
•
6th - 7th Grade
Popular Resources on Wayground
10 questions
Factors 4th grade
Quiz
•
4th Grade
10 questions
Cinco de Mayo Trivia Questions
Interactive video
•
3rd - 5th Grade
13 questions
Cinco de mayo
Interactive video
•
6th - 8th Grade
20 questions
Math Review
Quiz
•
3rd Grade
20 questions
Main Idea and Details
Quiz
•
5th Grade
20 questions
Context Clues
Quiz
•
6th Grade
20 questions
Inferences
Quiz
•
4th Grade
19 questions
Classifying Quadrilaterals
Quiz
•
3rd Grade
Discover more resources for Other
10 questions
Cinco de Mayo Trivia Questions
Interactive video
•
3rd - 5th Grade
13 questions
Cinco de mayo
Interactive video
•
6th - 8th Grade
20 questions
Main Idea and Details
Quiz
•
5th Grade
20 questions
Context Clues
Quiz
•
6th Grade
20 questions
Figurative Language Review
Quiz
•
6th Grade
16 questions
Graphing - First Quadrant
Quiz
•
5th Grade
20 questions
SC READY Math Review Part 1
Quiz
•
5th Grade
48 questions
8TH GRADE MATH FAST REVIEW
Quiz
•
8th Grade