NEW
Font size
S
M
L
XL
WorksheetsReviżjoni tar-Reliġjon (Eżamijiet ta' nofs is-sena)
Total questions: 60
Worksheet time: 30mins
Name
Class
Date
1.
Għandna dejjem nikkollaboraw (naħdmu) mal-oħrajn.
a)
Tajjeb
b)
Ħażin
2.
Irrid nittollera u nirrispetta lil kulħadd, hu x'inhu t-twemmin tiegħu.
a)
Tajjeb
b)
Ħażin
3.
M'għandix naħli l-ħin tiegħi nagħmel affarijiet bla sens .
a)
Tajjeb
b)
Ħażin
4.
Għandi dejjem nirrispetta l-opinjoni tal-oħrajn għalkemm mhux bilfors naqbel magħhom.
a)
Tajjeb
b)
Ħażin
5.
Għandi ninsulta lil min idejjaqni.
a)
Tajjeb
b)
Ħażin
6.
Meta nkun f'sitwazzjoni diffiċli, għandi nigdeb biex noħroġ minnha.
a)
Tajjeb
b)
Ħażin
7.
Jekk insib ruħi f'sitwazzjoni diffiċli għandi nipprova nsolviha.
a)
Tajjeb
b)
Ħażin
8.
Għandi dejjem nuri rispett anke lejn dawk li ma naqbilx magħhom.
a)
Tajjeb
b)
Ħażin
9.
Meta ma nkunx nista' nifhem xi ħaġa għandi naqta qalbi u naqbad nibki.
a)
Tajjeb
b)
Ħażin
10.
Wara li miet Ġesu`, l-appostli nġabru flimkien biex ___________.
a)
jibku
b)
jidħku
c)
jitolbu
d)
jifirħu
11.
Ġesu` ma kienx ser iħalli l-appostli weħidhom wara l-mewt tiegħu għalhekk bagħtilhom ______________.
a)
l-anġlu
b)
l-Ispirtu s-Santu
c)
l-Madonna
d)
s-Slaten Maġi
12.
Dakinhar li l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-Appostli nafuh bħala Għid il-Ħamsin jew _______________.
a)
il-Milied
b)
Pentekoste
c)
l-Epifanija
d)
il-Ġimgħa l-Kbira
13.
L-appostli mtlew bil-kuraġġ u ħarġu _____________.
a)
jippritkaw
b)
jiżfnu
c)
jibku
d)
jidħku
14.
Il-Bibbja hi maqsuma fi tnejn, it-Testment il-Qadim u t-Testment _____________________.
a)
l-antik
b)
is-sabiħ
c)
il-Ġdid
d)
il-modern
15.
L-erba' Evanġelisti huma San Mattew, San Mark, San Luqa u San __________________.
a)
Pawl
b)
Franġisk
c)
Ġwann
d)
Pietru
16.
Il-missjunarji mxew fuq l-eżempju tal-appostli u marru _________________ dwar Ġesu`.
a)
jiktbu
b)
jiftaħru
c)
jgħallmu
d)
jgergru
17.
Alla ried li kulħadd iħossu speċjali u maħbub, għalhekk tana l-ewwel komunita li hi dik ________________.
a)
tal-iskola
b)
tal-familja
c)
tal-ħbieb
d)
tal-Mużew
18.
Fost l-għaqdiet li nattendu wara l-ħin tal-iskola hemm dawk ___________________.
a)
tal-ħbieb
b)
reliġjużi
c)
tal-familja
d)
skolastiċi
19.
Komunita hi grupp ta' nies li jaqsmu flimkien _____________ sbieħ u koroh u juru solidarjeta lil xulxin.
a)
sagrifiċċji
b)
kotba
c)
esperjenzi
d)
flus
20.
Ġesu` wkoll kien imur ______________ biex jitgħallem u jkun ukoll ma' sħabu.
a)
il-knisja
b)
is-sinagoga
c)
il-moskea
d)
il-belt
21.
Fl-iskola aħna nitgħallmu napprezzaw lil xulxin allavolja mhux dejjem _____________.
a)
nifirħu
b)
nitkellmu
c)
naqblu
d)
niġġieldu
22.
Meta kiber, Ġesu` mexa wara l-eżempju tal-_____________ tiegħu.
a)
ħbieb
b)
ġenituri
c)
għalliema
d)
appostli
23.
Għandna dejjem napprezzaw il-ġid li jsir magħna billi ngħidu _______________________________.
a)
"Tindaħallix!"
b)
"Mur u ħallini!"
c)
"Grazzi u prosit."
d)
"Tkellimnix!"
24.
Ġesu` kien jgħix fil-komunita tiegħu ġewwa _____________.
a)
Betlehem
b)
Għawdex
c)
Nażaret
d)
l-Ingilterra
25.
Ta' kull nhar ta' _____________ Ġesu` u l-familja tiegħu kienu jmorru s-sinagoga.
a)
Ħadd
b)
Sibt
c)
Tnejn
d)
Tlieta
26.
Ġesu` kien jistudja ____________.
a)
l-Koran
b)
l-Iskrittura
c)
Senduq Buffuri
d)
t-Torah
27.
Ġesu` kien bħalna f'kollox minbarra _____________.
a)
l-flus
b)
l-iskola
c)
d-dnub
d)
l-ħbieb
28.
Ġesu` baqa' jikber fl- għerf u fil-__________.
a)
sbuħija
b)
intelliġenza
c)
grazzja
d)
mastrudaxxa
29.
Ġużeppi minn Kopertinu kien jgħix f' ______________ fl-Italja.
a)
Ruma
b)
Napli
c)
Sqallija
d)
Milan
30.
Meta kiber ipprova jidħol _________________ imma għall-ewwel ma ġiex aċċettat.
a)
pulizija
b)
tabib
c)
saċerdot
d)
għalliem
31.
Meta fl-aħħar irnexxielu jidħol saċerdot kien dejjem jagħmel kuraġġ lin-nies billi jgħidilhom, "Taqtax _________, Alla għandu pjan għalik,"
a)
subgħajk
b)
difrejk
c)
qalbek
d)
xagħrek
32.
Meta Ġesu` kellu tnax-il sena hu ntilef __________ .
a)
l-iskola
b)
fit-triq
c)
fil-belt
d)
fit-tempju
33.
Wara tlitt ijiem li kien ilu mitluf fit-tempju, ommu u missieru sabuh jitkellem _______________.
a)
mal-għorrief
b)
ma' sħabu
c)
ma' ħutu
d)
mal-appostli
34.
Il-ktieb qaddis tal-Musulmani hu __________________.
a)
l-Koran
b)
t-Torah
c)
l-Bibbja
d)
l-Kosher
35.
Simbolu tal-Lhud hija _________________.
a)
d-domna
b)
is-salib
c)
l-istilla ta' David
d)
in-nofs qamar
36.
Simbolu tal-Insara hija _______________.
a)
l-istilla ta' David
b)
n-nofs qamar
c)
d-domna
d)
t-tapit
37.
Il-Musulmani jużaw _____________ biex jitolbu.
a)
il-bank
b)
is-salib
c)
it-tapit
d)
il-purtiera
38.
Il-Musulmani jitolbu ____________ darbiet kuljum.
a)
żewġ
b)
tliet
c)
erba'
d)
ħames
39.
Il-Musulmani jqimu lil _________________.
a)
Alla
b)
Moħammed
c)
Buddha
d)
Ġesu`
40.
Ikel tipiku tal-Lhud jissejjaħ ________________.
a)
ħaruf
b)
dundjan
c)
fenek
d)
Kosher
41.
Il-ktieb qaddis tal-Lhud huwa _______________.
a)
l-Bibbja
b)
l-Koran
c)
t-Torah
d)
l-Iskrittura
42.
Il-Lhud jaslu biss sal-kitbiet tat-Testment l-Antik, l-Insara għandhom ukoll it-Testment _____________.
a)
il-Modern
b)
il-Ġdid
c)
il-Qadim
d)
is-Sabiħ
43.
It-talba li għallimna Ġesu` hi dik __________________.
a)
tas-Sliema
b)
tal-Qaddisa
c)
tal-Missierna
d)
tas-Salve Reġina
44.
Ewġenju Borġ twieled _____________.
a)
Ħaż-Żabbar
b)
l-Isla
c)
Bormla
d)
Marsaskala
45.
San Ġorġ Preca għażlu bħala l-ewwel _________ tal-MUSEUM.
a)
għalliem
b)
surmast
c)
superjur
d)
appostlu
46.
Sabiex inkun nixbaħ lil Ewġenju Borġ m'għandix insaħħan lil sħabi meta _____________________.
a)
jkun il-bard
b)
jkun hemm il-ġlied
c)
tkun is-sħana
d)
tkun il-kesħa
47.
Adelaide Ċini kienet mara ______________.
a)
qalbha ħażina
b)
egoista
c)
supperva
d)
ġeneruża
48.
Adelaide Ċini fetħet dar għat-tfajliet _______________.
a)
sinjuri
b)
abbandunati
c)
morda
d)
Ċiniżi
49.
Aħna nistgħu nsiru nixbħu lil Adelaide Ċini billu nkunu ġenerużi, qalbna tajba u _____________.
a)
egoisti
b)
altruisti
c)
suppervi
d)
inkejjużi
50.
Meta persuna ma jkollhiex biex tgħix u fejn tgħix ngħidu li tgħix _______________________.
a)
fir-raħal
b)
fil-faqar
c)
fil-kwiet
d)
fl-indafa
51.
Il-faqar iġib _____________.
a)
il-ferħ
b)
l-imħabba
c)
is-swied il-qalb
d)
il-kwiet
52.
Il-faqar ma jgħinx biex il-persuni jsiru _______________.
a)
aħjar
b)
sinjuri
c)
foqra
d)
inkwetati
53.
Min m'għandu lil ħadd li jħobbu u _________________ ħsiebu wkoll jissejjaħ fqir.
a)
jieħu ħsiebu
b)
jaħsillu l-ħwejjeġ
c)
inaddaflu l-kamra
d)
jaħsillu l-art
54.
Ġesu` wkoll twieled fil-faqar u kien jaf li dan iġib ħafna _________________.
a)
tbatija
b)
imħabba
c)
ferħ
d)
flus
55.
Il-purċissjoni bil-Bambin oriġinat ______________.
a)
Malta
b)
l-Ingilterra
c)
Franza
d)
l-Italja
56.
Meta joqrob il-Milied, kullimkien ifur __________________.
a)
bl-inkwiet
b)
bil-paċi
c)
bil-flus
d)
bit-tfal
57.
Ġużeppi u Marija marru Betlehem biex jinkitbu _____________ ta' Ċesri Awgustu.
a)
fil-ktieb
b)
fiċ-ċensiment
c)
fil-lista
d)
fil-klabb
58.
Ġużeppi u Marija marru Betlehem u sabu kenn ġewwa _____________,
a)
kamra
b)
għar
c)
villa
d)
razzett
59.
Avolja r-rgħajja kienu nies fqar, xorta kellhom ix-xorti li jkunu _______________ li jaraw lil Ġesu` tarbija.
a)
l-aħħar
b)
it-tielet
c)
ir-raba'
d)
l-ewwel
60.
Is-Slaten Maġi ġew mil-Lvant u lil Ġesu` tawh deheb, inċens u ____________.
a)
birra
b)
mirra
c)
inbid
d)
ħobż
Reset
