wayground logo

Free Printable Worksheets

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

Kemm taf fuq iċ-Ċittadella?

Total questions: 15

Worksheet time: 12mins

Name
Class
Date
1.

Iċ-Ċittadella hija magħrufa wkoll bħala

a)

l-Gran Citta

b)

l-Gran Kastell

c)

Medina

2.

Din hi belt b'ħafna toroq wisgħin u traffikużi.

a)

Veru

b)

Falz

3.

Iċ-Ċittadella hija mibnija fuq ________________ u għalhekk tista' tara Għawdex kollu.

a)

muntanja

b)

blata

c)

għolja

4.

Iċ-Ċittadella kienet isservi biex: (agħżel tnejn)

a)

in-nies imorru l-monti.

b)

in-nies joqogħdu jieħdu ritratti mal-binjiet sbieħ

c)

l-Għawdxin jidħlu jistkennu fiha mill-attakki tal-furbani

d)

Issir l-għassa minn fuq dan il-post għoli

5.

Il-Furbani kienu ħallelin tal-baħar.

a)

Veru

b)

Falz

6.

Is-swar kienu jgħinu sabiex:

a)

il-belt tidher isbaħ

b)

il-belt tidher ikbar

c)

ikun aktar diffiċli għall-għedewwa biex jidħlu fil-belt

7.

X'kien jiġrilhom dawk l-Għawdxin li ma kienx jirnexxilhom jidħlu fiċ-Ċittadella?

a)

Jittieħdu mill-furbani u jispiċċaw ilsiera f'pajjiżi oħra.

b)

Isiru sinjuri.

c)

Ikollhom imorru jaħdmu Malta.

8.

Min kien jipproteġi lil Malta u Għawdex f' dak iż-żmien?

a)

L-Unjoni Ewropea

b)

Il-Gvern ta' Malta

c)

L-ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann

9.

Liema minn dawn ma ssibhomx fiċ-Ċittadella?

a)

Lukandi

b)

Qorti

c)

Katidral

d)

Stabbilimenti tal-ħwejjeġ

10.

X'jissejjaħ il-bini li qed tara fl-istampa?

a)

It-Torri t'Għawdex

b)

It-Torri tal-Arloġġ

c)

Il-Katidral

11.

Għal min hu ddedikat il-Katidral taċ-Ċittadella?

a)

Għal Santa Marija

b)

Għal San Ġorg

c)

Għal San Pawl

12.

Il-Koppla ta' dan il-Katidral hija

a)

ċatta u mpinġija.

b)

mibnija nofs tond bħal koppli oħrajn.

13.

Fil-Mużew tal-Folklor insibu għoddod marbuta ma' snajja bħall-biedja.

a)

Veru

b)

Falz

14.

Illum, iċ-Ċittadella hija magħluqa għall-pubbliku.

a)

Veru

b)

Falz

15.

Iċ-Ċittadella hija post t'importanza għad-dinja kollha minħabba l-istorja u l-ambjent tagħha.

a)

Veru

b)

Falz