wayground logo

Free Printable Worksheets

NEW

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

Sett 1 Qwiel u Espressjonijiet

Total questions: 16

Worksheet time: 18mins

Name
Class
Date
1.

Sefora kienet tmur tixtri l-ħalib tard mingħand tal-merċa u għalhekk ġieli kienet issib li dan kien ikun spiċċa. Tal-ħanut kienet tgħidilha biex taħseb kmieni.

a)

Min jiftaħar jaqa’ l-baħar.

b)

Kelb rieqed la tqajmux.

c)

Min jorqod ma jaqbadx ħut.

2.

Lara kienet tħobb tiftaħar ħafna bl-intelliġenza tagħha. Darba bdiet tiftaħar li ġiet l-ewwel fl-eżamijiet kollha iżda ftit tal-ħin wara skopriet li kien hemm tifla li għaddietha b’żewġ marki. Sħabha tgħidx kemm daħku biha meta rawha tirrabja.

a)

Kliem ix-xiħ żomm fih.

b)

Min jiftaħar jaqa’ l-baħar.

c)

Bil-qatra l-qatra timtela l-ġarra.

3.

Chris kien qed jagħmel mudell ta’ dgħajsa. Kien ilu jagħmlu xi sentejn iżda fl-aħħar lestieh u kien kuntent ħafna.

a)

Kliem ix-xiħ żomm fih.

b)

Kelb rieqed la tqajmux.

c)

Bil-qatra l-qatra timtela l-ġarra.

4.

Missier Pawlu kien iwissih biex joqgħod attent meta jmur il-baħar u ma joħroġx ’il barra għax il-baħar jista’ jkun ta’ periklu kbir.

a)

Kliem ix-xiħ żomm fih.

b)

Min ifittex isib.

c)

Il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa

5.

Meta Stella jkollha n-nervi, aħjar ma tkellimhiex għax teħel int ma’ rasha!

a)

Kelb rieqed la tqajmux.

b)

Min ifittex isib.

c)

Il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser.

6.

Min jorqod ma jaqbadx ______.

a)

ħut

b)

għasafar

c)

baqar

7.

Min ________ jaqa’ l-baħar.

a)

jitkaża

b)

jiftaħar

c)

jitkessaħ

8.

Bil-qatra l-qatra timtela l-_______.

a)

funtana

b)

bitħa

c)

ġarra

9.

Il-baħar żaqqu ratba u ________ iebsa.

a)

siequ

b)

għajnu

c)

rasu

10.

_______ rieqed la tqajmux.

a)

Qattus

b)

Kelb

c)

Għasfur

11.

_______ silġ.

a)

Karta

b)

Abjad

c)

Sħaba

12.

Abjad _______.

a)

karti

b)

lellux

c)

pepprin

13.

_______ lellux.

a)

Aħmar

b)

Abjad

c)

Isfar

14.

Isfar _______.

a)

nir

b)

pepprin

c)

mewt

15.

Aħmar _______.

a)

pepprin

b)

jaħraq

c)

nir

16.

Ikħal _______.

a)

silġ

b)

mewt

c)

nir