NEW
Font size
WorksheetsNies li jgħinuna
Total questions: 14
Worksheet time: 11mins
Min jagħmel xogħol bħala voluntier,
Jitħallas paga xierqa.
Ma jitħallasx.
Liema minn dawk li ġejjin jagħmel xogħol voluntarju?
Il-pilota.
L-għalliem
Il-mexxej tal-Iscouts
L-avukat
Jien għandi d-dmir li ninvista sew lil pazjenti u nissuġġerilhom mediċina jew kura li jkollhom bżonn. Min jien?
Dentist
Ners
Speċjalista taż-żebgħa
Tabib
Jien niddefendi lin-nies fil-qorti. Inkun naf il-liġijiet tal-pajjiż sew ħafna. Min jien?
Qassis
Avukat
Nutar
Kunsillier
Jekk taqa' siġra fit-triq tagħna, lil min għandi nitlob l-għajnuna?
Lill-kunsill lokali
Lill-għalliema fil-klassi
Lill-kappillan fil-knisja
Inċempel lil taż-żebgħa
Salvina mara anzjana toqgħod waħedha. Wara li ħadet kolazzjon semgħet xi ħadd jipprova jiftħilha l-bieb ta' barra. Kif l-aħjar li tagħmel?
Toqgħod bilqegħda titlob li ma jiġri xejn.
Iċċempel lill-kappillan
Iċċempel lill-avukat
Iċċempel l-għassa tal-pulizija
Jekk kont qed tiġri fil-bitħa, waqajt, braxt saqajk u ħiereġ id-demm, xi trid tagħmel?
Titfalha l-ħalib
Titfalha l-Ispirtu
Tagħfas fuq il-ferita sakemm jieqaf id-demm
Ixxarrabha b'ħafna ilma biex jieqaf id-demm
Oħtok iż-żgħira marret tilgħab bil-ballun viċin il-forn, laqtet il-borma u nsamtet bil-misħun. Idejha mill-ewwel saret ħamra. X'għandha tagħmel?
Torbot idejha b'xugaman abjad.
Titfa' l-ħalib kiesaħ fuq idejha biex tifriskaha.
Tidlikha moisturizer cream
Tkessaħ idejha għal 10 minuti taħt l-ilma.
Meta xi ħadd jinfaraġ għandu
jzomm in-naħa ta' fuq ta' mnieħru magħfusa sakemm jieqaf id-demm.
ixarrab imnieħru bl-ilma sakemm jieqaf id-demm.
jagħfas il-parti t'isfel tal-imnieħer u joqgħod mimdud.
Kif tista' tieħu xokk elettriku?
Billi tmiss plakka bl-ingwanti.
Billi tmiss plakka b'idejk imxarbin.
Billi twaħħal ħafna plakek ma' sokit wieħed.
Billi tixgħel u titfi ħafna d-dawl.
Dawn li ġejjin huma kollha DRITTIJIET tal-ħaddiema. Waħda minnhom hija dmir. Liema hi?
Ikollok l-għodda biex tagħmel ix-xogħol sew.
Tlesti x-xogħol kollu li jtuk u tagħmlu sew.
Tieħu brejk xieraq
Ikollok paga xierqa
Liema minn dawk ix-xogħolijiet isir fuq barra biss?
Xufier
Mekkanik
Avukat
Maniġer
Dawn ix-xogħolijiet kollha għandhom x'jaqsmu mat-turisti. Liema wieħed le?
Bennej
Gwida
Xufier tat-taxi
Wejter ġo lukanda
X'ngħidulu dak li jwaslilna l-ittri?
Pittur
Infermier
Pustier
Pulizija
