wayground logo

Free Printable Worksheets

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

Is-Sajd u l-Akkwakultura

Total questions: 20

Worksheet time: 11mins

Name
Class
Date
1.

F'Malta hawn aktar sajjieda 'full-time' milli 'part-time'.

a)

Veru

b)

Falz

2.

Ix-xogħol tas-sajjied jibda fuq l-art:

a)

jipprepara l-għalf li juża waqt is-sajd

b)

jagħti isem lill-ħut li jkun qabad

c)

isewwi xi ħsara li tkun saret

d)

ibigħ il-ħut li jkun qabad

3.

Wieħed mir-riskji fuq il-baħar għas-sajjied hu:

a)

l-klieb il-baħar

b)

ix-xemx tiżreġ

c)

il-maltemp

4.

L-irħula ewlenin tas-sajd f'Malta huma:

a)

Ħad-Dingli

b)

Marsaxlokk

c)

Iż-Żurrieq

d)

Ħaż-Żabbar

5.

L-irħula ewlenin tas-sajd f'Għawdex huma:

a)

Marsalforn

b)

Ix-Xewkija

c)

L-Imġarr

d)

L-Għarb

6.

Il-ħut li jinqabad jittieħed:

a)

id-dar

b)

il-pitkalija

c)

il-ħanut

d)

il-pixkerija

7.

il-ħut prinċipali li jinqabad f'pajjiżna huwa l-lampuki, il-kavalli, il-pixxispad fost oħrajn.

a)

Veru

b)

Falz

8.

Fuq quddiem u wara l-luzzu huwa għall-ponta.

a)

Veru

b)

Falz

9.

Fuq wara l-kajjik huwa għall-ponta.

a)

Veru

b)

Falz

10.

L-iskuna tintuża għall-vjaġġi qosra għax ma tantx hi armata.

a)

Veru

b)

Falz

11.

Il-lampuki ma jinqabadx is-sena kollha.

a)

Veru

b)

Falz

12.

L-istaġun tal-lampuki jibda:

a)

f'Jannar

b)

f'Diċembru

c)

f'Settembru

d)

f'Marzu

13.

Is-sajjieda jużaw _______________ meta jaslu ħdejn il-kannizzati biex jistadu għal-lampuki.

a)

il-qasba

b)

ir-rixa

c)

ix-xibka

14.

Il-kannizzata hija ċattra kbira magħmula minn sufri, xkejjer, ____________________, qasab u ħwejjeġ oħra li jżommu f'wiċċ l-ilma.

a)

weraq

b)

weraq tal-palm

c)

weraq tar-rand

15.

In-nassa tal-ħut hi magħmula

a)

mix-xewk

b)

mill-ispag

c)

mill-qasab

16.

Fost l-għodda li jużaw is-sajjieda hemm:

a)

il-martell

b)

il-konz

c)

in-nases

d)

ix-xbiek

e)

l-imqass

17.

Iċ-Ċentru tal-Akkwakultura ġie mwaqqaf:

a)

fit-Torri l-Aħmar il-Mellieħa

b)

fit-Torri San Luċjan, Marsaxlokk

18.

Is-sajd bla rażan huwa meta l-bniedem jaqbad ħafna ħut aktar milli suppost mill-baħar.

a)

Veru

b)

Falz

19.

L-ewwel kumpanija privata tal-fish farming li bdiet taħdem Malta tinsab

a)

il-Mosta

b)

il-Manikata

c)

il-Mistra

20.

L-aktar ħuta li titkabbar f'Malta bl-akkwakultura hija

a)

l-awrata

b)

it-tonn

c)

il-lampuka