wayground logo

Free Printable Worksheets

NEW

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

Meta mort id-dar ta' Nathan... (Tikka Malti 5B p. 44, 45)

Total questions: 11

Worksheet time: 11mins

Name
Class
Date
1.

Nathan kien imur l-iskola b'qalziet ________.

a)

ieħor

b)

imtebba'

c)

iżgħar minnu

2.

In-narratur mar id-dar tiegħu biex jagħtih il-ktieb tal-Malti għax kellhom ________ minn fuqu.

a)

ix-xogħol għad-dar

b)

jikkupjaw

c)

iqasqsu

3.

Malli wasal id-dar tiegħu ________.

a)

dalam ċappa

b)

bdiet nieżla x-xita

c)

beda jriegħed

4.

Iż-żebgħa tal-bieb kienet kollha ________.

a)

mqaxxra

b)

tajba

c)

blu

5.

Flok il-ħġieġa tal-loġġ, kien hemm ________.

a)

biċċa drapp

b)

biċċa fojl

c)

biċċa njama

6.

Nathan ma daħlux mill-ewwel lit-tifel għax kien ________ meta rah quddiemu.

a)

ixxurtjat

b)

imdejjaq

c)

maħsud

7.

Nathan imbagħad ________ talli ħadlu l-ktieb.

a)

irringrazzjah

b)

offrielu pasta

c)

keċċieh

8.

________ li tah kienet kollha mqattgħa u allura, in-narratur, xorta spiċċa ________.

a)

Il-ġakketta, imdejjaq

b)

L-umbrella, għasra

c)

Il-barnuża, ġewwa

9.

In-narratur jinsab ________ għax għad hawn familji li jgħixu fil-________.

a)

ferħan, flus

b)

irrabjat, faqar

c)

indifferenti, ħolm

10.

Ruħ ommu fi snienu tfisser ________.

a)

ġdid fjamant

b)

qadim ħafna

c)

sabiħ immens

11.

Qisni fellus tfisser ________.

a)

sirt nixbah lill-flieles

b)

nagħmel ħsejjes bħall-flieles

c)

ħadt tixriba sew