NEW
Font size
WorksheetsEspressjonijiet bil-Malti
Total questions: 11
Worksheet time: 22mins
Il-ħanut kien mimli daqs __________ bin-nies.
bajda
qattus
borma
Trid tifridhom lil Karl u Stefan għax qishom kelb u __________.
ballata
qattus
siġġu
Lina daħlet fuq ponot __________ biex ma tqajjimx lil ommha.
subgħajha
siġġu
fommha
Lena lestiet ix-xogħol f'kemm trodd __________ għax riedet toħroġ tilgħab!
salib
malajr
bajda
Ara dak il-kelb miskin żaqqu ma' __________ !
Mela sidu ma jagħtihx x'jiekol!
dahru
ġismu
qalbu
Alan xtaq ħafna jirbaħ il-Quizz. Għalhekk intefa' jistudja b'ruħu u b' __________ !
dahru
ġismu
qalbu
Sonia xeħtet kollox ħallata __________ fil- bagalja.
salib
borma
ballata
Ma tistax tafda sigriet ma' Lora għax tmur tiġri tikxef __________.
is-salib
il-borma
is-siġġu
Jekk jiddejjaq Toni jurik mall-ewwel għax ta' żaqqu __________!
f'fommu
f'dahru
f'rasu
Rose damet ħafna ittella' u __________ qabel għażlet il-libsa li xtrat.
tikxef
timxi
tniżżel
Fil-klassi, Joe tajjeb biss biex isaħħan __________. L-Għalliema għalxejn tgħidlu biex joqgħod attent.
is-siġġu
is-salib
il-borma
