WorksheetsIl-Ġens tal-Aġġettiv
Total questions: 15
Worksheet time: 11mins
Toninu huwa tifel _______________.
kwieta
kwiet
kwieti
Il-ballun l-aħmar huwa __________________.
tonda
tondi
tond
Is-siġġijiet tad-dar huma ___________________ ħafna.
komdi
komda
komdu
Il-fannijiet __________________.
nadif
nadifa
nodfa
Il-basket __________________ wisq.
żgħir
żgħira
żgħar
Il-pjanta li xtrajt lil ommi ________________.
ħodor
aħdar
ħadra
Il-qalziet ġieh _____________ għax Ġakki ________________ wisq.
dejqa, ħoxnin
dejjaq, oħxon
dejjaq, ħoxna
It-tfal tat-tielet sena ta' Santa Monika _______________ tassew!
bravi
brava
bravu
Il-kompjuter tal-mama' _______________ u ma jaħdimx sew.
antika
antiki
antik
Il-leħja tal-papa' _______________ u _______________.
skur, iniggżu
skura, tniggeż
skura, iniġġżu
Oħti ______________, iżda ħuti s-subien _______________.
twila, qasira
twil, qasir
twila, qosra
Il-karta _________________ u _______________.
abjad, rrigat
bojod, rrigati
bajda, rrigata
Dan it-taġen ________________.
maħmuġin
maħmuġ
maħmuġa
Maria tifla ______________ u _________________.
gustużi, simpatiku
gustuż, simpatiċi
gustuża, simpatika
Xandru u Ċetta tfal ________________.
qalbha tajba
qalbhom tajba
qalbu tajba
