NEW
Font size
WorksheetsBidliet Staġjonali
Total questions: 4
Worksheet time: 4mins
Silta mid-djarju ta’ Frans, tifel ta’ 8 snin.
“Illum it-Tnejn. Missieri llum ħa l-frank mix-xogħol. Bi ħsiebu jeħodna s’Għawdex. L-aħħar li morna tgħidx kemm ħadna gost. Bi ħsiebna ngħumu.”
Xi staġun taħseb li kien meta Frans kiteb hekk fid-djarju tiegħu?
Il-ħarifa
Ix-xitwa
Ir-rebbiegħa
Is-sajf
Silta mid-djarju ta’ Francienne, tifla fir-Raba’ Sena tal-Primarja.
“Illum il-Ħadd. Il-Papà u l-Mamà wegħduna li jekk it-temp jippermetti jeħduna piknik il-Buskett. Ħa naraw x’inhu ġej. Ilbieraħ ir-rapport tat-temp avża li ġejja ħafna xita!”
Xi staġun taħseb li kien meta Francienne kitbet hekk fid-djarju tagħha?
Il-ħarifa
Ix-xitwa
Ir-rebbiegħa
Is-sajf
Silta mid-djarju ta’ Wiġi, tifel ta’ 9 snin.
“Illum is-Sibt. L-iskola issa ilha xahar li reġgħet
bdiet minn wara l-vaganzi tas-sajf. Filgħodu lestejt
il-homework. Ommi kellha bżonn żewġ qadjiet
mingħand tal-laħam u tal-merċa. Mortilha jien
bir-rota ħalli niffrankalha ftit ħin. ”
Xi staġun taħseb li kien?
Il-ħarifa
Ix-xitwa
Ir-rebbiegħa
Is-sajf
Mid-djarju ta’ Rosemary, tifla ta’ 10 snin.
“Illum il-Ġimgħa l-Kbira. Kull sena mmorru
naraw xi waħda mill-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Bi ħsiebni nieħu erba’ ritratti tajbin għall-proġett tal-Istudji Soċjali.”
Xi staġun taħseb li kien meta Rosemary kiteb hekk fid-djarju tagħha?
Il-ħarifa
Ix-xitwa
Ir-rebbiegħa
Is-sajf
