Font size
WorksheetsReligilus Totalum 2 - Maltese Version
Total questions: 60
Worksheet time: 30mins
UNIT 5 - LEJN ŻVILUPP SĦIĦ: ĠESU' KRISTU
Vera li ħadd ma jista' jgħid li Ġesu' bħala bniedem MHUX VERA eżista?
Vera
Mhux vera
Apparti d-dokumenti Nsara, nsibu wkoll dokumenti oħra li jitkellmu dwar l-eżistenza ta' Ġesu', li huma, d-dokumenti:
Griegi u Pagani
Pagani u Rumani
Lhudi u Pagani
Fost il-kittieba pagani li kitbu dwar dan, insibu lil:
Plinju ż-Żgħir u Plinju l-Kbir
Plinju l-Kbir u Taċitu
Plinju ż-Żgħir u Taċitu
Fost il-kittieba Lhud li kitbu dwar dan, insibu lil Ġużeppi Flavju u Martin Buber.
Vera
Falz
ĠESU' BĦALA BNIEDEM
Spiss naraw lil Ġesu' b'sentimenti umani, fosthom meta:
Beża' meta kien fil-Ġnien taż-Żebbuġ
Keċċa l-bejjiegħa mit-Tempju
Beka' meta miet Lazzru
Għallem fis-sinagoga
ĠESU' BĦALA BNIEDEM
Narawh ukoll bħala bniedem ta' għerf kbir, speċjalment meta:
Kien jgħallem fost it-tifħir ta' kulħadd
Fejjaq il-morda
kull min kien jisimgħu kien iħoss li il-kliem kien indirizzat għalih.
ĠESU' BĦALA BNIEDEM
Ġesu' dejjem wera' rispett u dinjita' lejn kull bniedem, speċjalment meta kien jilqa' lil min fis-soċjeta' ma kienx stmat, fosthom:
Il-foqra
Il-morda
In-nisa u t-tfal
Il-qassisin il-kbar
Is-samaritani
ĠESU' BĦALA ALLA
Fost l-affarijiet li għamel Ġesu', xi ħaġa li vera wriet li kien iżjed minn bniedem normali, kienu l-m (a) li kien jagħmel.
ĠESU' BĦALA ALLA
...kif ukoll meta kien jagħmel xi ħaġa li għall-Lhud, Alla biss seta' jagħmel, jiġifieri, kien jaħfer id- (a) .
ĠESU' BĦALA ALLA
...kif ukoll meta lil Alla kien isejjaħlu (a) , li tfisser 'papa'.
ĠESU' BĦALA ALLA
...imma L-IKTAR ĦAĠA li wriet li hu kien Alla kienet meta _______ mill-_________.
ħareġ mill-qoxra li kien fiha
qam mill-mewt
telaq mill-Palestina
F'liema 'stqarrija' aħna ngħidu li nemmnu li Ġesu' kien kemm bniedem kif ukoll Alla?
(a)
Li tkun Nisrai jfisser li tieħu deċiżjoni dwar Ġesu' - Li tgħidlu IVA jew LE. Lil min ma jafx jieħu din id-deċiżjoni, l-Ktieb tal-Apokalissi jsejjaħlu _______________ u jgħid li Alla jobsqu.
indeċiż
biered
pupu fin-nofs
Min irid jimxi wara Ġesu' ma jistax ikun dgħajjef. Dan għaliex biex timxi wara Ġesu' jrid ikollok il-kuraġġ....
tiġġieled għad-drittijiet tiegħek
tgħid 'le' għal dak li hu ħażin
timxi kontra l-kurrent
UNIT 6 - FLIMKIEN: IL-KNISJA
Il-Knisja nistgħu nsejjħula wkoll:
In-nies li jemmnu
Ġerusalemm il-Ġdida
Il-poplu l-Ġdid ta' Alla
F'liema okkażjoni twieldet il-Knisja?
Fl-Aħħar Ċena
Meta Ġesu' qam mill-mewt
Meta deher lill-Appostli l-ewwel darba
F'Pentekoste
Il-poplu l-Qadim kien miexi lejn l-Art Imwiegħda. Il-poplu l-Ġdid ukoll jinsab f'mixja.
Lejn fejn?
Lejn il-Ġenna
Lejn il-mewt
Lejn ħajja wara l-mewt
Xi tfisser KNISJA 'KATTOLIKA'?
Tal-Kattoliċi
Miftuħa għall-kulħadd
Li hija l-aqwa fost il-Knejjes Insara
Jekk il-Knisja hi l-familja ta' Alla, mela dan ifisser li Alla huwa missierna, u aħna lkoll (a) bejnietna.
Min kien jgħid li l-Knisja hi 'IL-ĠISEM TA' KRISTU'?
(a)
MIN jagħti R-RUĦ lill-Knisja?
Alla
Ġesu'
l-Ispirtu s-Santu
Jekk il-Knisja hija Kristu sħiħ, mela għandha RAS u ĠISEM.
Ir-ras hu Alla u l-ġisem hu Kristu
Ir-ras hu Alla u l-ġisem hu aħna l-Insara
Ir-ras hu Kristu u l-ġisem hu aħna l-Insara
L-Ispirtu s-Santu jqajjem fl-Insara dawk li nsejjħulhom:
speċjalitajiet
kariżmi
esperjenzi
Fost dawn il-kariżmi, hemm dik li ssir qassis.... Min isir qassis irid jagħmel dik li nsejjħula:
professjoni solenni
professjoni reliġjuża
wiegħda solenni
wiegħda reliġjuża
Kristu ried li l-Knisja tkun ukoll mibnija fuq is-sisien tal-A (a) .
...u għalhekk tahom is-setgħa li:
jaħfru d-dnubiet
jgħammdu
jgħallmu
jtiru
jiċċelebraw l-Ewkaristija
Jekk hija Knisja mibnija fuq l-Appostli, hija Knisja:
Appostolika
Appostolata
Appostrofata
Appostlizzata
Xi tfisser li bejn il-Papa u l-Isqfijiet għandu jkun hemm 'Kolleġġjalità'?
Li għandhom jiffurmaw parti minn Kulleġġ
Li jrid ikun hemm għaqda bejniethom
Din il-kelma vvintajta Miss!
X'jisimha l-laqgħa ta' bejn il-Papa u l-Isqfijiet tad-dinja KOLLHA?
(a)
Liema hi l-ogħla marka tal-Knisja?
il-paċenzja
Il-maħfra
Il-komunjoni
Il-Knisja darba kienet Knisja WAĦDA, sakemm seħħew żewġ firdiet kbar.
Issa infatti nsibu żewġ Knejjes oħra apparti dik Kattolika. Liema huma?
Il-Knisja Musulmana u l-Knisja Induista
Il-Knisja Protestanta u l-Knisja Ortodossa
Il-Knisja tal-Qrendi u l-Knisja tal-Imqabba
Il-Knisja hija wkoll mqabbla ma' għalqa - fejn jikbru l-qamħ u s- (a) .
UNIT 7 - GĦALL-MAĦFRA U R-RIKONĊILJAZZJONI
X'kien xogħol Levi?
Jiġbor it-taxxi
Sajjied
Masrudaxxa
Mangiapassiggia
Meta Ġesù jsejjaħ lilu għall-indiema, juri li hu ġie għall-_______________.
morda
midimbin
imsieken
imdellkin
Isejjaħ ukoll lil Żakkew. X'jagħmel Żakkew biex juri li VERA ried jikkonverti?
Jistieden lil Ġesù id-dar għall-ikel
Jagħti lura dak li seraq
Jagħti lura dak li seraq għall-erbà darbiet iktar
Jitlob maħfra lil min seraq
Il-fatt li Ġesù jaħfer lill-midned ma jfissirx li jaċċetta d-dnub tagħhom. Lil min, infatti, jgħid "Mur u TIDNIBX AKTAR"?
Lill-mara li nqabdet f'adulterju
Lis-Samaritana
Lil Levi
Lil Żakkew
Kull meta Ġesù jaħfer lil xi ħadd, juri ċar li ma jaħfirx għax dak li jkun ikun għamel xi ħaġa tajba biex jiġi maħfur.
Vera
Mhux vera
Mhux dejjem
Il-maħfra kapaċi tibdel lil min jirċeviha. Iżda min igawdi l-iktar meta wieħed naħfer lil xi ħadd?
Dak li qed jinħafer
Dak li qed jaħfer
Alla nnifsu
Mhux biżżejjed li nitolbu maħfra lil Alla f'qalbna. Il-maħfra rridu 'nirċievuha', u dan jiġri permezz tas-sagrament tal- (a)
Biex inkunu nistgħu nistqarru dnubietna sew quddiem il-qassis, l-aktar li neħtieġu:
l-umiltà
l-onestà
l-imħabba
Għaliex għandi naħfer lill-għajri?
Għax kulħadd ħaqqu l-maħfra
Għax Alla jaħfer lili u jaħfirli kollox
Biex ħaddieħor jaħfer lili
UNIT 8 - GĦAT-TIĠDID TAL-GĦAQDA
F'liema okkażjoni Ġesù jwaqqaf l-Ewkaristija?
Fil-ħasil tar-riġlejn
Fl-Aħħar Ċena
F'Pentekoste
Ġisem Ġesù issa jieħu post annimal li kien inqatel biex b'demmu l-Lhud ikunu salvi mill-aħħar kastig. Liema annimal?
(a)
X'kellhom jagħmlu bid-demm tal-ħaruf il-Lhud fl-Eġittu?
Iċappsuh mal-koxxa tal-bieb
jixorbuh
jarmuh
jitfgħuh fuq xulxin għax kien simbolu tal-ħajja.
Ġesù jgħid li b'demmu qed jagħmel PATT ĠDID. Liema kien il-Patt il-qadim?
il-ħruġ mill-jasar tal-Eġittu
l-għotja tal-kmandamenti fuq il-muntanja Sinaj
id-dħul fl-Art Imwiegħda
B'demmu Ġesù irid isalvana kif dak inhar il-ħaruf salva lill-Lhud. Imma minn xhix irid isalvana Ġesù?
Mill-ħażen
Mix-xitan
Minna nfusna
Mill-oħrajn
Fl-ewkaristija ILLUM, aħna l-Insara:
Inġeddu u ngħixu mill-ġdid li Ġesu' qam mill-imwiet
Niftakru fl-Eżodu tal-Lhud
Ningħataw il-qawwa sabiex aħna wkoll, bħal Ġesù, nġorru s-salib tagħna u nemmnu li Alla sa jqajjimna mill-mewt ukoll
Nissieħbu flimkien bħala aħwa
Ġesù jagħżel li l-Ewkaristija tkun forma ta' ikla għax:
L-iktar ħaġa li jħobbu jagħmlu n-nies hi li jieklu
Hekk kif l-ikel jgħina nikbru u ngħixu, l-istess tagħmel l-Ewkaristija
L-ikel jagħaqqad flimkien lil min qed jiekol flimkien
Liema minn dawn DIĠA kienu jsiru waqt l-Ewkaristija li kienu jiċċelebraw l-ewwel Insara?
Jinqraw qari minn tal-profeti u minn tal-Appostli
joffru minn dak li għandhom għal min kien fil-bżonn
jgħidu l-Kredu
Omelija miċ-ċelebrant
jaqsmu u jieklu l-ħobż bejniethom
Qabel ma kienu jibdew iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, kienu jfittxu li jagħmlu xi ħaġ'oħra wkoll.
Liema?
Jkunu sajmin imqar minn siegħa qabel
Jiltaqgħu flimkien imqar siegħda qabel biex jitkellmu bejniethom
Jindmu minn dnubiethom u jirranġaw ma' min kellhom xi jgħidu
L-Ewkaristija kienu diġa jiċċelebrawha f'Jum il-Ħadd. Imma x'kienu jsejħulu huma dan l-Jum?
Jum ix-__________.
xita
xemx
xitwa
xewqat
Dan il-Jum kien il-Ħadd u kienu jsejjħulu jum ix-xemx għax kienu jemmnu li kien f'dak il jum li Alla neħħa l-baħħ u ħalaq id-dawl.
Vera
Mhux vera
Iżda l-iktar li kienu jiċċelebraw l-Ewkaristija l-Ħadd kien għaliex Ġesù, f'dak il-jum....
qallhom li kien l-Iben t'Alla
Qam mill-Mewt
Għamel kull miraklu tiegħu
Il-Quddies tinqasam fi tliet partijiet, iżda TNEJN minnhom huma t-taqsimiet prinċipali.
L-ewwel waħda nsejjħula l-Liturġija tal- (a) .
F'din il-parti:
Isir l-Att Penitenzjali
Jinqraw qari lill-Iskrittura
Issir l-Omelija
Isir it-talb tal-komunità
Nagħtu l-paċi lil xulxin
It-tieni taqsima nsejjħula l-Liturġija
tal- (a)
F'din il-parti:
Jingħad il-Kredu
Issir il-konsagrazzjoni
Nitolbu l-Missierna
Nitqarbnu
Jittellgħu l-offerti
Illum, apparti li niċċelebraw il-Quddies, Jum il-Mulej suppost ikun ukoll:
Jum ta' mistrieħ
Jum fejn iktar nippruvaw ma nagħmlux ħażin
Jum ta' ferħ
Jum ta' għaqda
Il-Quddies irrid nibqà ngħixa anka wara li tispiċċa. Dan nagħmlu billi:
Nisimgħu xi jkun qed jipprova jgħidilna Alla
Fil-ħajja ta' kuljum ngħaraf li niżbalja u nitlob maħfra
Ngħinu lill-proxxmu
Naqsmu bejnietna minn dak li jkollna
Dawn kollha suppost nagħmluhom bħala Nsara
Is-sena lesta!!!!
X'għandek tagħmel dan is-sajf??
Tgħum kemm tiflaħ, imma tindilek bis-sunblock
Toħroġ u tidderverti mal-ħbieb u mal-familja IMMA DEJJEM BIL-GĦAQAL!
Ma titgħażżinx wisq u taqra ħafna kotba!
Dejjem toqgħod attent tilbes maskra jew viser u żżomm is-social distancing!
