wayground logo

Free Printable Worksheets

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

L-istrumenti tat-temp

Total questions: 35

Worksheet time: 18mins

Name
Class
Date
1.

Dan l‑istrument jissejjaħ

a)

barometru

b)

pluvjometru

c)

termometru

2.

It-termometru jkejjel

a)

l‑umdità tal‑arja.

b)

kemm hi sħuna jew kiesħa l‑arja.

c)

il‑pressjoni tal‑arja.

3.

Il‑kejl ta’ dan l‑istrument huwa bil‑

a)

millimetri

b)

millibars

c)

gradi Celsius

4.

Dan it-termometru qed juri temperatura ta’

a)

44oC

b)

37oC

c)

17oC

5.

Kejl ta’ 37oC x’aktarx ittieħed f’pajjiżna fl‑istaġun

a)

tas-sajf

b)

tax-xitwa

c)

tar‑rebbiegħa.

6.

Dan l-istrument huwa

a)

l-pinnur

b)

l-anemometru

c)

l-barometru

7.

Dan l-istrument juri

a)

t-temperatura.

b)

l-qawwa tar-riħ.

c)

d-direzzjoni tar-riħ.

8.

Il-pinnur jitpoġġa

a)

fl-ilqugħ ta’ Stevenson.

b)

fl-għoli fuq xi arblu.

c)

għad-dell ta’ siġra.

9.

Il-pinnur jagħti l-kejl

a)

bid-direzzjonijiet tal-boxxla.

b)

f’nodi.

c)

f'kilometri fis-siegħa

10.

Dan il-pinnur qed juri li r-riħ ġej

a)

mil-Lvant (East)

b)

mill-Punent (West)

c)

mill-Majjistral (NW)

11.

Dan l-istrument jissejjaħ

a)

l-ilqugħ ta' Stevenson

b)

il-barometru

c)

il-pluvjometru

12.

Dan l-istrument ikejjel

a)

il-pressjoni tal-arja.

b)

ix-xita.

c)

l-umdità tal-arja.

13.

Il-pluvjometru jitpoġġa

a)

fil-beraħ, ’il bogħod minn ħitan.

b)

fl-ilqugħ ta’ Stevenson.

c)

taħt siġra.

14.

Il-pluvjometru jitpoġġa fil-beraħ biex

a)

ebda ħajt jew siġra ma jżommu x-xita.

b)

ix-xita tevapora bir-riħ.

c)

ikun fix-xemx għal ħafna ħin.

15.

Il-kejl tal-pluvjometru huwa bil-

a)

mili nawtiċi fis-siegħa.

b)

litri.

c)

millimetri.

16.

Fl-istampa jidhru żewġ strumenti tat-temp li jkejlu

a)

x-xita.

b)

r-riħ.

c)

il-pressjoni tal-arja.

17.

Dawn l-istrumenti jitpoġġew

a)

fl-Ilqugħ ta’ Stevenson.

b)

ġewwa fl-Uffiċċju Meteoroloġiku.

c)

fl-għoli, imwaħħlin ma’ arblu.

18.

L-istrument immarkat bl-ittra A jkejjel

a)

il-qawwa tar-riħ.

b)

minn fejn ġej ir-riħ.

c)

kemm tkun qawwija x-xemx.

19.

L-istrument immarkat bl-ittra B jissejjaħ

a)

il-pinnur.

b)

l-anemometru.

c)

il-barometru.

20.

Il-kejl tal-anemometru huwa bil-

a)

millimetri.

b)

gradi Celsius.

c)

km fis-siegħa jew nistgħu ngħidu Forza

21.

Il-kikkri tal-anemometru iduru mgħaġġla

a)

meta r-riħ ikun Forza 1.

b)

meta r-riħ ikun Forza 8.

c)

kull darba li jkollna riħ fuq.

22.

Dan id-disinn juri

a)

l-barometru.

b)

l-anemometru.

c)

l-pluvjometru.

23.

Il-barometru juri

a)

t-temperatura.

b)

l-qawwa tar-riħ.

c)

il-pressjoni tal-arja.

24.

Il-kejl tal-barometru huwa

a)

bil-millibars.

b)

bil-Forza.

c)

bil-millimetri.

25.

Dan il-barometru qed juri qari ta’

a)

1050 mb

b)

1035 mb

c)

1020 mb

26.

F’dan id-disinn nistgħu naraw

a)

l-uffiċju meterjoloġiku.

b)

l-ilqugħ ta’ Stevenson.

c)

l-anemometru.

27.

Fl-ilqugħ ta’ Stevenson insibu

a)

termometri u igrometru.

b)

l-pluvjometru.

c)

l-anemometru.

28.

L-ilqugħ ta’ Stevenson huwa abjad:

a)

biex jassorbi kemm jista’ sħana tax-xemx.

b)

biex isebbaħ l-ambjent.

c)

biex jirrifletti s-sħana tax-xemx.

29.

L-ilqugħ ta’ Stevenson għandu jitpoġġa

a)

għaxar millimetri 'l fuq mill-art.

b)

għaxar metri 'l fuq mill-art.

c)

metru 'l fuq mill-art.

30.

L-ilqugħ ta’ Stevenson jitpoġġa metru ‘l fuq mill-art

a)

meta jkun il-maltemp.

b)

biex it-temperatura tal-art ma taffetwax it-temperatura tal-arja.

c)

meta jinżamm ġewwa.

31.

Il-ġnub tal-ilqugħ ta’ Stevenson huma persjani

a)

biex tgħaddi x-xita fil-pluvjometru.

b)

biex ma jgħaddix riħ.

c)

biex ikun hemm ċirkolazzjoni tajba tal-arja.

32.

L-ilqugħ ta’ Stevenson għandu jitpoġġa

a)

’il bogħod minn siġar u bini.

b)

viċin siġar u bini.

c)

ġewwa l-uffiċju meterjoloġiku.

33.

Dawn l-istrumenti jintużaw mill-

a)

ġeologu

b)

meterjologu

c)

pluvjometrista

34.

Dawn l-istrumenti jkejlu

a)

l-kundizzjoni tad-dinja.

b)

l-elementi tat-temp.

c)

l-kwalità tal-arja.

35.

Dawn l-istrumenti nistgħu nsibuhom

a)

fl-ilqugħ ta’ l-uffiċju meterjoloġiku.

b)

fl-uffiċju meterjoloġiku.

c)

ħdejn is-siġar tal-uffiċju meterjoloġiku.