WorksheetsL-istorja ta' Seb it-Tieni: Ir-Raba' Kapitlu
Total questions: 10
Worksheet time: 5mins
L-espressjoni fid-daqqa u l-ħin tfisser
wara ħafna ħin.
wara d-daqq tat- tnabar.
f’daqqa waħda.
Seb II kien jixbhu ħafna u
jagħmel kollox differenti minn Seb.
jagħmel kollox bħal Seb.
jagħmel l-opppost ta’ Seb.
Il-bużnanna sajritlu s-soppa
tal-karrotti.
tal-qargħa ħamra.
tal-banana.
Il-bużnanna kienet taħsillu l-ħwejjeġ, issajjarlu kuljum u
tixtrilu affarijiet bżonnjużi.
tieħu ħsieb lil Seb II.
tiżbarazzalu l-affarijiet tiegħu.
Il-bużnanna ma kinitx tagħmillu s-sodda għax
Seb I kien jagħmel is-sodda hu.
ma ridhiex tidħol f’kamartu.
ma kienx jagħmel is-sodda.
‘‘Qalb Seb bdiet tinqasam bir-riħa’’. L-espressjoni ‘‘tinqasam bir-riħa’’ tfisser li
r-riħa kienet pjaċevoli.
r-riħa kienet iddejqu.
r-riħa kienet qawwija.
Seb 1 ma xtaqx li Seb II jieħu s-soppa għax kienet is-soppa ta’ Seb 1 u (Seb II kien allerġiku għall-banana, Seb II ma setax jieħu likwidu, Seb II qatt ma kien daqq banana qabel).
Seb II kien allerġiku għall-banana.
Seb II ma setax jieħu likwidu.
Seb II qatt ma kien daqq banana qabel.
Il-bużnanna Ġirasola bdiet tibża’ li Seb II kien ser
jaħtafha.
jweġġaha.
jigdimha.
L-espressjoni ‘‘nibtet ħbiberija ġdida’’ tfisser li Seb II u l-bużnanna
stħaw minn xulxin.
saru ħbieb.
tbegħdu minn xulxin.
Seb 1 kien għamel ir-robot biex ikun jista jgawdiha aktar. Ir-robot seta’ jgħinha u
jħaffilha x-xogħol.
jtellifa’ fix-xogħol.
jirranġala l-affarijiet.
