Wayground logo

Free Printable Worksheets

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

Il-vokali 'i' u l-vokali 'u' u l-konsonanti 'għ' u 'h'

Total questions: 15

Worksheet time: 8mins

Name
Class
Date
1.

Il-vokali tal-leħen hija dik il-vokali li tgħini ngħid il-kelma aħjar.

a)

Veru

b)

Falz

2.

Jekk ikolli kelma li tispiċċa b’vokali u oħra li tibda b’vokali, imma bejniethom ikun hemm sinjal tal-punteġġjatura, iż-żewġ vokali jibqgħu.

a)

Veru

b)

Falz

3.

Jekk ikun hemm kelma li tispiċċa b’vokali u warajha jkun hemm kelma oħra li tibda bil-vokali tal-leħen, il-vokali tal-leħen tibqa’ hemm.

a)

Veru

b)

Falz

4.

Il-vokali i xi drabi tinbidel f’w.

a)

Veru

b)

Falz

5.

Il-vokali 'u' xi drabi tinbidel f’j.

a)

Veru

b)

Falz

6.

Il-vokali 'u' fil-kelma ukoll, xi drabi tinbidel f’w.

a)

Veru

b)

Falz

7.

Il-vokali 'u' li tfisser and, tibqa’ dejjem u.

a)

Veru

b)

Falz

8.

Hemm kliem li l-vokali 'i' hija parti minnhom u għalhekk dejjem niktbuhom hekk, anke meta jkun hemm vokali qabilhom.

a)

Veru

b)

Falz

9.

F’kelma ma jistax ikollok iktar minn għ jew h waħda.

a)

Veru

b)

Falz

10.

Meta l-konsonanti għ u h ikunu fil-bidu ta’ kelma, ma jinstemgħux.

a)

Veru

b)

Falz

11.

Meta f’kelma jkollok għ u h imissu eżatt flimkien, ma jinstemgħux.

a)

Veru

b)

Falz

12.

Jekk ikollok għ jew h waħedha fin-nofs ta’ kelma, ma tinstemax.

a)

Veru

b)

Falz

13.

Meta l-konsonanti h tkun fit-tarf ta’ kelma, tinstema’ ħ.

a)

Veru

b)

Falz

14.

Biex tkun taf jekk dik il-kelma partikolari, tispiċċax bil-ħ jew bl-h, aqleb dik il-kelma fil-femminil jew fil-plural.

a)

Veru

b)

Falz

15.

Ħafna drabi l-għ fit-tarf tal-kelma ma tinstemax u xi drabi tinstema’ ħ.

a)

Veru

b)

Falz