Font size
WorksheetsKapitlu 5: Il-logħba tas-Suldati
Total questions: 16
Worksheet time: 9mins
Id-dar ċkejkna ta' Romilda u Rodolfo kienet tinsab fl-iktar akropoli importanti ta' _____________.
Gaulos.
Greċja
Melita.
Għawdex
Din il-belt kienet mimlija daqs bajda. L-espressjoni ''mimlija daqs bajda'' tfisser
kienet mimlija bin-nies.
kienet ovali qisha bajda.
kienet mimlija bil-bajd.
kienet vojta.
Xi nies kienu jmorru s-suq biex jagħżlu xi
mogħża
fellus
serduk
tiġieġa
X'kienu jiġbru t-tfal meta jmorru s-suq?
Kienu jiġbru xi tiġieġa mill-gaġġeġ.
Kienu jiġbru xi bajda li tkun waqgħet.
Kienu jiġbru xi frotta li tkun waqgħet.
Kienu jiġbru xi ġugarelli li jkunu waqgħu.
Meta Romilda u Rodolfo kienu jmorru s-suq kienu joqogħdu
jmellsu l-annimali.
jitimgħu l-annimali.
jilagħbu mal-annimali.
jieħdu ħsieb l-annimali.
X'kienu jieħdu pjaċir jagħmlu l-aktar it-tewmin?
Kienu jieħdu pjaċir l-aktar jilagħbu mal-annimali.
Kienu jieħdu pjaċir l-aktar jaraw in-nies.
Kienu jieħdu pjaċir l-aktar jiltaqgħu u jilagħbu ma' tfal oħra.
Kienu jieħdu pjaċir l-aktar jixtru l-frott u ħaxix.
X'kienu jilagħbu t-tfal fuq din il-gżira?
Kienu jilagħbu l-logħba tas-sinjuri.
Kienu jilagħbu l-logħba tal-pirati.
Kienu jilagħbu l-logħba tas-suldati.
Kienu jilagħbu l-logħba ta' Marik.
Kull grupp kien immexxi minn tifel li jissejjaħ
sinjurun
plebej
ċenturjun
patrizju
B'hiex kienu jiġġieldu s-subien?
Kienu jiġġieldu bis-skieken.
Kienu jiġġieldu bil-vleġġeġ.
Kienu jiġġieldu biz-zkuk.
Kienu jiġġieldu bix-xwabel.
X'riedet tagħmel Romilda?
Xtaqet tilgħab ma' ħuha.
Xtaqet tirbaħ premju.
Xtaqet timxi lejn is-swar.
Xtaqet tmur ħdejn in-nannu.
X'għamlilhom in-nannu lil Romilda u Rodolfu?
Huwa għamlilhom xkupa u tarka tal-injam kull wieħed.
Huwa għamlilhom sikkina u tarka tal-injam kull wieħed.
Huwa għamlilhom xabla u tarka tal-injam kull wieħed.
Huwa għamlilhom zokk u tarka tal-injam kull wieħed.
X'ried jagħmel iċ-ċenturjun?
Huwa ried li Romilda tidħol fl-armata tiegħu.
Huwa ried li Romilda tkun suldat bħas-subien.
Huwa ried li Romilda ma tibqax tarahom jilagħbu.
Huwa ried li Romilda tmur lura d-dar.
Għaliex kien inkwetat Rodolfo?
Kien inkwetat għax is-subien resqu viċin lejhom.
Kien inkwetat għax is-subien bdew jgħajtu magħhom.
Kien inkwetat għax is-subien riedu jiġġieldu kontrihom.
Kien inkwetat għax is-subien ikbar minnhom sew.
X'għamlu ċ-ċenturjun u l-armata?
Huma semgħu minn Romilda.
Huma marru jiġġieldu mat-tewmin.
Huma telqu jiġru b'kemm kellhom saħħa.
Huma għamlu paċi mat-tewmin.
X'kienet il-ħolma tat-tewmin?
Huma xtaqu jirbħu l-battalja.
Huma xtaqu jsiru ċenturjuni.
Huma xtaqu jkunu suldati fl-armata Rumana.
Huma xtaqu jmexxu l-insula.
Taħseb li Rodolfo ser jirnexxilu jsir ċenturjun?
