Wayground logo

Free Printable Worksheets

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

Idjomi bil-partijiet tal-ġisem

Total questions: 20

Worksheet time: 10mins

Name
Class
Date
1.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Pawlu ________ żurżieqa, kollox jinsa.

a)

siequ

b)

rasu

c)

wiċċu

d)

idu

2.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Tarax sal-ponta ta' ________, ara l-konsegwenzi ukoll!

a)

mnieħrek

b)

subgħajk

c)

lsienek

d)

rasek

3.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Ħa ntik daqqa t'________ ħa nlestu malajr.

a)

ilsien

b)

għajn

c)

imnieħer

d)

id

4.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Agħti daqqa t'________ lil ħuk sa ma mmur nixtri, jekk jogħġbok.

a)

id

b)

għajn

c)

idejn

d)

ras

5.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Maria fetħet __________ ma' Rita u qaltilha bil-problemi tagħha.

a)

moħħha

b)

rasha

c)

qalbha

d)

idha

6.

Imla bil-parti tal-ġisem:


In-nannu Ġann __________ fil-ħofra imma xorta jħobb joħroġ.

a)

idu

b)

rasu

c)

qalbu

d)

siequ

7.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Kemm għandu _________ twil Karl! Mar jgħid kollox lil ommi!

a)

lsienu

b)

moħħu

c)

mnieħru

d)

sebgħu

8.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Bid-dieta li għamel Reno ġie __________ ma' dahru.

a)

qalbu

b)

żokortu

c)

żaqqu

d)

idu

9.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Meta leħaq sindku kibritlu __________ .

a)

żaqqu

b)

rasu

c)

siequ

d)

widintu

10.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Għalxejn tipprova tfehmu lil ħija, minn _________ jidħol, mill-oħra joħroġ!

a)

xagħra

b)

għajn

c)

moħħu

d)

widna

11.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Iftaħ _______! Dak mhux ħabib ta' veru! Qed jidħak bik!

a)

għajnejk

b)

idejk

c)

qalbek

d)

ilsienek

12.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Missieri qala' _________ tiela' u nieżel mas-sellum ibajjadli l-kamra.

a)

għajnejh

b)

rasu

c)

saqgħajh

d)

żaqqu

13.

Imla bil-parti tal-ġisem:


In-nannu marret __________ bih u qam maħsud xħin daqq it-telefon.

a)

siequ

b)

rasu

c)

għajnu

d)

spalltu

14.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Fonzu medd ________ għax-xogħol biex jeħles kmieni kemm jista' jkun.

a)

siequ

b)

għonqu

c)

rasu

d)

idu

15.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Iz-zija daħħlet fellus f'_______ li tal-ħanut kien qed iżommilha ħażin.

a)

għonqha

b)

għajnha

c)

żaqqha

d)

moħħha

16.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Johnny kienet se taqagħlu ________ xħin ra l-kejk taċ-ċikkulata.

a)

żokortu

b)

żaqqu

c)

għajnu

d)

qalbu

17.

Imla bil-parti tal-ġisem:


L-għalliem tatu _________ kif ra t-tfal kollha jaqbżu u jwerżqu għax daħlet baħrija fil-klassi.

a)

rasu

b)

żaqqu

c)

spalltu

d)

dahru

18.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Ġiġi qata' _______ li xi darba se jerbaħ it-tellieqa għax l-oħrajn kollha jiġru aktar minnu.

a)

rasu

b)

qalbu

c)

mnieħru

d)

nifsu

19.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Meta mietet ommu, sieħbu kien ta' _______ għalih.

a)

sieq

b)

spalla

c)

ras

d)

widna

20.

Imla bil-parti tal-ġisem:


Lisa u Samanta ġew fl-_______ għax ma qablux bejniethom.

a)

għajnejn

b)

idejn

c)

irkubbtejn

d)

ilsien