NEW
Font size
WorksheetsIn-Numri - Reviżjoni
Total questions: 20
Worksheet time: 10mins
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Għandi 2 iħbieb tal-qalb.
żewġ
żewġt
tnejn
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Fil-ġnien hemm 6 siġar tal-frott.
sitta
sitt
sittax
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
In-nanna sajret 3 torti tal-irkotta.
tliet
tlett
tlieta
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Missieri xtara 4 revisti fuq il-karozza.
erbgħa
erbgħin
erba'
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Ħadt 15 ċenteżmu biex nixtri ħelwa.
ħamsa
ħmistax
ħmistax-il
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Sibt 17 bebbuxu moħbi fil-ġnien.
seba'
sbatax-il
sbatax
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Fil-qoffa hemm 24 labra tal-inxir.
erbgħa u għoxrin
erbatax-il
tnejn u erbgħin
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Fis-sena 1985 twieldet iz-zija Marija.
elf disgħa mija ħamsa u tmenin
elf disa' mija ħamsa u tmenin
elf disa' mija tmienja u ħamsin
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Wasalt f'paġna 354 mil-ktieb l-oħxon.
tliet elef ħamsa u erbgħin
tlett mija erbgħa u ħamsin
tliet mija erbgħa u ħamsin
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Fis-7 ta' filgħaxija mmur passiġġata.
seba'
sebgħa
sbatax
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Xħin ħriġt kienu 5:40.
l-ħamsa u erbgħin
is-sitta nieqes għoxin
ħamsa punt erbgħa żero
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Il-kowt jiswa €19.99.
dsatax-il ewro u disgħa u disgħin ċenteżmu.
dsatax il-ewro u disgħa u disgħin ċenteżmu.
dsatax-il ewro u disa' u disgħin ċenteżmu.
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
95.5 fil-mija tal-poplu ma sifirx dis-sena.
disgħa u ħamsin punt ħamsa.
disa' mija ħamsa u ħamsin
ħamsa u disgħin punt ħamsa
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Fit-tellieqa Simon ġie t-3.
tlieta
tliet
tielet
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
3/4 tal-kotba fil-librerija huma bl-Ingliż.
Tlieta erbgħa
Tliet kwarti
Tlieta u kwart
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Il-ħin hu: 15:15
it-tlieta u kwart
ħmistax ħmistax
ħmistax u kwart
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Missieri qiegħed fil-kju għand it-tabib. Qiegħed it-8 wieħed
tmienja
tmint
tmien
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Fl-2020 faqqgħet pandemija mondjali.
elfejn elfejn
elfejn u għoxrin
elfejn u mitejn
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
F'12:00pm ommi taqleb l-ikel biex nieklu.
nofsilejl
nofsinhar
tnax punt żero żero
Agħżel il-kelma t-tajba flok in-numru:
Iz-ziju dam 176 jum jaħdem l-Italja.
elf sitta u sebgħin
mija sitta u sebgħin
mija sebgħa sitta
