WorksheetsRomilda u Rodolfo: Kapitlu 8: Ħajja Ġdida
Total questions: 13
Worksheet time: 9mins
X'għamlet Romilda wara ħafna snin?
Romilda saret suldat u żżewġet.
Romilda telqet mill-Belt u żżewġet.
Romilda żżewġet u kellha tifla.
Romilda żżewġet u kellha tifel.
Romilda bdiet tmur titlob f'post taħt l-art ġewwa _______________.
t-tempju.
l-Knisja.
l-akropoli.
domus.
Għaliex kienet titlob Romilda?
Kienet titlob biex xi darba Rodolfo jsir ċenturjun.
Kienet titlob għall-familja tagħha.
Kienet titlob li tkun sinjura.
Kienet titlob biex xi darba ħuha jerġa' lura qawwi u sħiħ.
Rodolfu kellu xogħol diffiċli u spiss kien isib ruħu f'sitwazzjonijiet __________________.
iebsin.
perikolużi.
diffiċli.
sbieħ.
Min bagħatilha l-aħħar ittra fejn jissemma ħuha?
Marcus, suldat tal-Imperu.
Marjus, suldat tal-Imperu.
Mario, suldat tal-Imperu.
Marko, suldat tal-Imperu.
Fejn intbagħtu Rodolfo u Marjus?
Huma marru għal missjoni diffiċli l-Ġermanja.
Huma marru għal missjoni diffiċli l-Italja.
Huma marru għal missjoni diffiċli l-Ġapun.
Huma marru għal missjoni diffiċli fi Franza.
X'kien ġralu Rodolfo waqt li ġġieled lill-barbari?
Huwa weġġa' waqt il-battalja.
Huwa ħarab mill-barbari.
Huwa ntlaqat minn vleġġa sparata u miet.
Huwa ħareġ rebbieħ.
Xi ġralha Romilda wara t-telfa ta' ħuha?
Romilda baqgħet id-dar.
Romilda kienet imbikma ħafna.
Romilda telqilha l-aptit tal-ikel u ma setgħetx torqod bil-lejl.
Romilda talbet għal ħuha.
X'kien fiha l-kaxxa li ħallielha Rodolfo?
Fiha kien hemm ix-xabla, borża mimlija muniti tad-deheb u karta ċkejkna.
Fiha kien hemm l-elmu, borża mimlija muniti tal-fidda u karta ċkejkna.
Fiha kien hemm l-elmu, borża mimlija muniti tad-deheb u djarju żgħir.
Fiha kien hemm l-elmu, borża mimlija muniti tad-deheb u karta ċkejkna.
Xi xtaqha jagħmel Rodolfo bil-flus li ħallielha?
Xtaqha tixtri appartament lussuż.
Xtaqha tixtri domus kbira.
Xtaqha tixtri karozza ġdida.
Xtaqha tixtri dar żgħira.
X'kienet tagħmel fl-istess post snin ilu?
Kienet tmur skola hemmhekk.
Kienet tilgħab tas-suldati ma' ħuha.
Kienet issuq ir-rota hemmhekk.
Kienet tmur tiġri hemmhekk.
In-nannu x'ried jgħallimha lil bint Romilda, Marconia?
Ried jgħallimha tiġri sew.
Ried jgħallimha tiġġieled daqs l-aqwa suldat Ruman.
Ried jgħallimha titkellem u tkanta.
Ried jgħallimha tilgħab bix-xabla.
X'għoġbok l-aktar mill-istorja ta' Romilda u Rodolfo?
