wayground logo

Free Printable Worksheets

NEW

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

LOF - Relazzjonijet u maħfra

Total questions: 20

Worksheet time: 10mins

Name
Class
Date
1.

Xi tfisser ħbiberija vera?

a)

Li jkolli ħafna ħbieb imma ma nkunx sinċier.

b)

Li jkolli ħbieb li nkun ferħan u sinċier magħhom.

c)

Li jkolli l-ħbieb li ma jagħtux kasi.

2.

Ħbieb vera:

a)

jgħinu lil xulxin.

b)

jgħinu lil xulxin meta jkollhom aptit biss.

c)

jgħinu lil min iridu huma biss.

3.

Biex ikun hemm ħbiberija vera l-ħbieb:

a)

iridu jkunu onesti meta jaqbel lilhom biss.

b)

ma jkunux dejjem onesti.

c)

iridu jkunu onesti dejjem.

4.

Biex il-ħbiberija tkun waħda vera importanti li:

a)

nagħmlu dejjem dak li jaqbel lilna.

b)

nagħmlu dak li rridu aħna.

c)

nifhmu li mhux dejjem isir dak li rridu aħna.

5.

Ġesu` kellu ħafna ħbieb, imma mhux kollha kienu ħbieb vera.

a)

Veru

b)

Falz

c)

Ma nafx

6.

Ġesu` kellu ħabib li ma kienx ħabib vera u li fil-fatt wasslu:

a)

għall-mewt.

b)

Ġerusalemm.

c)

sas-sinagoga.

7.

Meta l-ħbieb ma jaqblux magħna għandna ngħidu kontra tagħhom mal-oħrajn.

a)

Ma nafx

b)

Veru

c)

Falz

8.

Huwa tajjeb li l-ħbieb ma jitolbux skuża lil xulxin.

a)

Falz

b)

Veru

c)

Ma nafx

9.

Huwa tajjeb li l-ħbieb vera jieħdu paċenzja b'xulxin.

a)

Falz

b)

Vera

c)

Ma nafx

10.

Li jkollna ħafna ħbieb huwa tajjeb, imma l-aħjar ħbieb huma dawk:

a)

iżgħar minna.

b)

ikbar minna.

c)

tal-eta` tagħna.

11.

Biex inkunu ħbieb vera rridu nkunu lesti ngħinu u nħobbu lil xulxin meta nagħmlu żball.

a)

Vera

b)

Ma nafx

c)

Falz

12.

Meta ma naqbilx mal-ħbieb tiegħi x'għandi nagħmel?

a)

Nitlaq 'l hemm u ma nkellem lil ħadd.

b)

Nibda nsabbat saqajja biex tgħaddi tiegħi.

c)

Nitkellmu flimkien biex nerġgħu nġibu l-paċi.

13.

Meta ma nkunux nistgħu nżommu dak li nkunu wegħdna x'għandna nagħmlu?

a)

Nħallu kollox għaddej.

b)

Nispjegaw għaliex.

c)

Nivvintaw xi skuża.

14.

Ġesu` ______________________ lill-mara li kienet inqabdet tagħmel id-dnub.

a)

ħafer

b)

ma ħafirx

c)

ma kellimx

15.

Huwa tajjeb li xi kultant inħarsu lejn il-ħażin tal-oħrajn u ninsew tagħna?

a)

Tajjeb

b)

Ħazin

c)

Ma nafx

16.

Liema hu s-sagrament li fih Ġesu` jagħtina l-maħfra tiegħu?

a)

Tqarbin

b)

Magħmudija

c)

Qrar

17.

Ġesu` ħafer lil _____________________ avolja għamel żball u ċaħdu.

a)

Pietru

b)

Ġuda

c)

Ġwanni

18.

F'liema talba nsibu dan il-kliem? - "Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina."

a)

Fis-Sliema

b)

Fil-Qaddisa

c)

Fil-Missierna

19.

Lil min ħafer ukoll Ġesu` meta kien qed imut fuq is-salib?

a)

Liż-zewġ ħallelin

b)

Lill-ħalliel it-tajjeb li ddispjacieh

c)

Lil Xmun iċ-Ċirinew

20.

Biex ngħixu tajjeb il-Magħmudija tagħna rridu:

a)

nistudjaw ħafna.

b)

nilbsu l-libsa tal-Magħmudija.

c)

naħfru lil xulxin.