WorksheetsSS - Niċċelebraw
Total questions: 35
Worksheet time: 18mins
Fil-familja tagħna nitkellmu, nifirħu, nibku, niġġieldu u __________________ flimkien okkażjonijiet differenti.
naħfru
nitgħajjru
niċċelebraw
Kull ________________ għandha d-drawwiet u t-tradizzjonijiet tagħha.
grupp
kuġini
familja
Hawn min jagħmel ikla d-dar, oħrajn imorru jieklu barra jew jorganiżżaw xi __________.
festin
quddiesa
maratona
Waqt dawn l-okkażjonijiet il-_____________ jiltaqgħu flimkien u jingħaqdu iktar bħala familja waħda kbira.
ġirien
qraba
ħbieb
Insibu bosta okkażjonijiet fil-ħajja tagħna meta nħossu li jkun xieraq illi niċċelebraw xi ħaġa ______________.
waħedna
flimkien
tad-dwejjaq
Okkażjonijiet fejn niċċelebraw huma meta titwieled ____________ ġdida jew ngħaddu minn xi eżami importanti.
ħuta
qattusa
tarbija
Waqt ċelebrazzjoni naqsmu xi _____________ tajjeb filwaqt li nkantaw xi ħaġa flimkien.
kejk
pizza
ġelat
Il-bniedem, meta jifraħ, iħobb juri l-ferħ tiegħu u jaqsmu _________________.
mal-għedewwa
mal-oħrajn
ma' nies li ma jafhomx
Meta xi ħadd minn sħabna jagħlaq sninu, hija ħaġa sabiħa, u nagħmlu sew meta noħorġuh f’nofs il-_____________u nkantawlu 'Ferħ u Awguri'.
bitħa
pjazza
klassi
Matul is-sena ____________ torganiżża numru ta’ ċelebrazzjonjiet.
l-iskola
l-bank
t-tabiba
L-iktar ċelebrazzjonijiet popolari fl-iskola huma dawk tal-Milied, fil-Karnival, Jum il-Fundatur u fl-aħħar ta’ kull sena, il-gradwazzjoni tat-tfal tas-sitt sena.
veru
falz
F’ħafna bliet u rħula Maltin u Għawdxin, ta’ kull sena, jiġu ċċelebrati l-festi tradizzjonali tagħna, l-aktar fl-istaġun ______________.
tar-rebbiegħa
tax-xitwa
tas-sajf
tal-ħarifa
Ħafna miċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fil-festi tal-lokalità jiġu organizzati ___________.
mill-Kunsill Lokali.
mill-knisja.
mill-każini politiċi.
Għal żmien il-festa, il-bliet u rħula Maltin jiżżejnu bil-bnadar, bil-bozoz, bil-bandalori u bil-______________ li jkunu magħmula mid-drapp.
pavaljuni
murtali
lewlu
F’jiem il-festa jsiru kemm ċerimonji reliġjużi fil-knisja parrokkjali kif ukoll _____________ bil-banda.
żfin
kant
marċi
Il-banda ddoqq il-marċi madwar it-___________ tal-lokalità jew fuq il-planċier.
toroq
teatru
twieqi
Fit-toroq ikun hemm bosta bejjiegħa tal-______________ u ikel ieħor.
qasta
qubbajd
ħelu
Ħafna nies ikunu qed jistennew bil-ħerqa l-logħob tan-nar, il-ġigġifogu u l-_______________.
manetti
murtali
dwal
Il-qofol tal-festa tkun il-_________________ bl-istatwa tal-qaddis patrun li ssir f’jum il-festa tar-raħal.
purċissjoni
priedka
parata
L-għada tal-festa ssir x-_____________ tradizzjonali.
xemxata
xenata
xalata
Mhux sewwa li fil-festi, xi drabi, ikun hemm argumenti u _____________ żejda bejn il-każini u n-nies tal-post.
purtieri
piki
piżelli
Hawn Malta għandna __________ festi Nazzjonali li niċċelebraw kull sena biex ifakkruna fi ġrajjiet importanti li seħħew fl-istorja ta’ Malta u Għawdex.
3
4
5
6
Kompli l-isem ta' din il-festa: Jum _______________ (31 ta' Marzu).
l-Indipendenza
il-Ħelsien
ir-Repubblika
Settembre
Giugno
Kompli l-isem ta' din il-festa: Sette _______________ (7 ta' Ġunju).
l-Indipendenza
il-Ħelsien
ir-Repubblika
Settembre
Giugno
Kompli l-isem ta' din il-festa: Otto _______________ (8 ta' Settembru).
l-Indipendenza
il-Ħelsien
ir-Repubblika
Settembre
Giugno
Kompli l-isem ta' din il-festa: Jum _______________ (21 ta' Settembru).
l-Indipendenza
il-Ħelsien
ir-Repubblika
Settembre
Giugno
Kompli l-isem ta' din il-festa: Jum _______________ (13 ta' Diċembru).
l-Indipendenza
il-Ħelsien
ir-Repubblika
Settembre
Giugno
Fit-8 ta’ Settembru ta’ kull sena, il-poplu Malti jfakkar _____________ tal-Assedju l-Kbir (1565).
it-telfa
ir-rebħa
Fit-8 ta’ Settembru ta’ kull sena, il-poplu Malti jfakkar _____________ it-Tieni Gwerra Dinjija.
il-bidu
it-tmiem
F’Mejju tal-1565 meta l-Gżejjer Maltin kienu mmexxija mill-Kavallieri ta’ San Ġwann, _____________ attakkaw lill-Gżejjer Maltin.
it-Torok
il-Feniċi
l-Għarab
_____________ u l-Maltin kienu mmexxija mill-Gran Mastru Jean De Valette.
L-Ingliżi
It-Taljani
Il-Kavallieri
It-Torok rebħu l-Fortizza ta’ Sant’ Iermu imma l-Birgu u l-____________ żammew sod.
Ingilterra
Italja
Isla
Bħala rikonoxximent għal din il-qlubija kbira, ir-Re ________ VI tal-Ingilterra, nhar il-15 t’April, 1942 ta l-medalja George Cross lill-Maltin.
Filippu
Ġorġ
Alfonsu
Kull sena, fit-8 ta’ Settembru, issir ir-Regatta tad-______________ fil-Port il-Kbir.
dgħajjes
dingies
dniefel
Fit-8 ta' Settembru jsiru wkoll _______________ tat-tifkira taż-żewġ assedji fil-Birgu u fil-Belt Valletta.
purċissjonijiet
maratoni
ċerimonji
