Wayground logo

Free Printable Worksheets

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

L-artiklu

Total questions: 17

Worksheet time: 6mins

Name
Class
Date
1.

1. Liema huwa l-artiklu li niktbu ma' kliem li jibda bil-vokali, bl-għ u bl-h?

a)

il-

b)

it-

c)

l-

2.

2. Insibu numru ta' kliem li jibda b'żewġ konsonanti jew bi tliet konsonanti ħdejn xulxin. Kif jinkiteb l-artiklu ma' dan il-kliem u xi nżidu wkoll?

a)

il-i

b)

l-i

3.

Kif jinkiteb l-artiklu ma' kliem li jibda bil-konsonanti qamrin?

a)

l- / il-

b)

l-i

c)

l-artiklu jieħu l-ewwel ittra tal-kelma eżempju: it-tapit

4.

Kif jinkiteb l-artiklu ma' kliem li jibda bil-konsonanti xemxin?

a)

l- / il-

b)

l-i

c)

l-artiklu jieħu l-ewwel ittra tal-kelma eżempju: it-tapit

5.

Taħseb li hemm bliet, irħula u pajjiżi li jieħdu l-artiklu fil-Malti?

a)

Iva

b)

Le

6.

Agħżel l-artiklu t-tajjeb għal din is-sentenza.

It-tfal marru _Mġarr għall-attivita ta' 'Festa Frawli'.

a)

im-Mġarr

b)

l-Imġarr

c)

l-IMġarr

d)

l-iMġarr

7.

Agħżel l-artiklu t-tajjeb għal din is-sentenza.

Ilbieraħ filgħodu għall-kolazzjon kilna _ċereali, _ħobż u xrobna tazza ħalib.

a)

iċ-ċereali, il-ħobż

b)

ċ-ċereali, l-ħobż

c)

ċ-ċereali, il-ħobż

d)

iċ-ċereali, l-ħobż

8.

Agħżel l-artiklu t-tajjeb f'din is-sentenza.

_djar huma kollha moderni.

a)

d-

b)

D-

c)

Id-

9.

Liema minn dawn is-sentenzi hija miktuba tajba?

a)

Iz-zija marret tixtri l-kuluri, il-pitazzi u l-lapsijiet.

b)

Iz-zija marret tixtri il-kuluri, l-pitazzi u l-lapsijiet.

10.

Liema minn dawn huma miktubin tajjeb? Immarka tnejn.

a)

il-għelieqi

b)

l-imwejjed

c)

il-mwejjed

d)

l-għelieqi

11.

Liema minn dawn huma miktubin tajjeb? Immarka tnejn.

a)

l-arloġġ

b)

l-hena

c)

il-hena

d)

il-arloġġ

12.

Liema minn dawn huma miktubin tajjeb? Immarka tnejn.

a)

is-Svizzera

b)

l-Isvizzera

c)

l-Imqabba

d)

Im-mqabba

13.

Liema minn dawn huma miktubin tajjeb? Immarka tnejn.

a)

Ħadna ċ-ċwievet u il-basktijiet magħna.

b)

Rajna l-istudenti jitgħallmu.

c)

Kilna l-ħobża, il-kejk, id-dulliegħ u il-frawli.

d)

Poġġejna l-kotba, il-karti, ir-riga u d-djarju fil-basket.

14.

Liema minn dawn huma miktubin tajjeb? Immarka tnejn.

a)

iġ-ġobon

b)

il-ġobon

c)

il-bettieħ

d)

ib-bettieħ

15.

Liema minn dawn huma miktubin tajjeb? Immarka tlieta.

a)

il-fjuri

b)

il-hena

c)

il-weraq

d)

is-sufan

16.

Liema minn dawn is-sentenzi hija miktuba tajba?

a)

Ilbieraħ morna s-Siġġiewi, l-Imdina, l-Mosta, in-Naxxar u il-Qawra.

b)

Ilbieraħ morna s-Siġġiewi, l-Imdina, il-Mosta, in-Naxxar u l-Qawra.

17.

Liema minn dawn is-sentenzi hija miktuba tajba?

a)

Iż-Żurrieq, l-imsida, ir-Rabat u il-Birgu huma postijiet f'Malta.

b)

Iż-Żurrieq, l-Imsida, ir-Rabat u l-Birgu huma postijiet f'Malta.