NEW
Font size
WorksheetsRELIGJON: 6 SENA - KAPITLU 1: STORJA TA' MHABBA
Total questions: 20
Worksheet time: 10mins
Abraham kien lest joffri lil ibnu __________ bħala sagrifiċċju lil Alla.
Adam
Iżakk
Mosè
David
__________ ħeles lill-poplu Lhudi mill-jasar tal-Eġittu.
Abraham
David
Mosè
Adam
__________ kien ragħaj. Huwa ġie midluk sultan mill-Profeta Samwel.
David
Salamun
Abraham
Isaija
__________ kien il-profeta li ħabbar it-twelid ta' Ġesù.
Ġakobb
Iżakk
Adam
Iżaija
__________ kien sultan għaref ħafna.
Salamun
David
Abraham
Samwel
L-ewwel bnedmin fid-dinja kienu __________.
Alan u Emma
Adam u Ester
Adam u Eva
Alan u Sara
Alla ta l-kmandamenti lil Mosè fuq il-muntanja __________.
Sinaj
Babel
Everest
Etna
Ġesù ġabar il-kmandamenti fi kmandament wieħed. Liema minn dawn?
La tisraqx
Ħobb lil Alla u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek
Ħares il-Ħdud u l-festi kkmandati
La toqtolx
L-Arkanġlu __________ ħabbar lil Marija li kellha tkun omm Alla.
Gabrijel
Mikiel
Franġisk
Ġużeppi
Ġesù twieled fil-għar ta' __________.
Lhudija
Ġerusalem
Nażaret
Betlehem
Ġesù għażel __________-il raġel u sejħilhom Appostli.
ħdax
tnax
tlettax
erbatax
Fl-aħħar ċena, Ġesù lill-appostli għamilhom __________.
saċerdoti
qaddisin
martri
slaten
Liema minn dawn ma jissemmiex fit-Testment il-Qadim?
Abraham
Mosè
Ġwanni l-Battista
David
__________ kien l-ewwel kap tal-Knisja.
San Pietru
San Pawl
San Luqa
San Stiefnu
Ġesù waqqaf is-sagrament tal-__________ fl-aħħar ċena.
Qrar
Ewkaristija
Magħmudija
Griżma tal-morda
L-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-Appostli fil-__________.
Ġimgħa l-Kbira
Għid il-Kbir
Milied
Pentekoste
Il-vuċi ta' Alla li nħossu ġewwa fina nsejħulha __________.
kmandament
sagrament
kuxjenza
testment
Tlieta minn dawn is-sentenzi dwar il-kuxjenza huma tajbin. Liema waħda hija ħażina?
Kuxjenza tajba tgħinna nġibu ruħna kif iridna Alla.
Kuxjenza tajba tgħinna mmorru tajjeb fl-eżamijiet.
Kuxjenza tajba tgħinna nagħrfu bejn x'inhu tajjeb u ħażin.
Kuxjenza tajba tgħinna nitbiegħdu minn kull ħażen.
Liema huwa l-ħames kmandament?
La toqtolx
La tisraqx
La tiżnix
La tixhidx ħaġa b'oħra
"La ssemix l-isem t'Alla fil-batal" huwa __________ kmandament.
l-ewwel
t-tieni
t-tielet
r-raba'
