wayground logo

Free Printable Worksheets

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

Drawwiet u tradizzjonijiet Maltin fi żmien il-Milied

Total questions: 12

Worksheet time: 4mins

Name
Class
Date
1.

Waħda mid-drawwiet u t-tradizzjonijiet Maltin marbuta ma' żmien il-Milied hija li dejjem kienu jarmaw il-Bambin fil-maxtura, fid-djar. X'kienu jpoġġu madwar il-Bambin?

a)

Id-dawl ikkulurit

b)

Il-ġulbiena

c)

Is-siġra tal-Milied

d)

Dvalja sabiħa

2.

Il-ġulbiena kienu jiżirgħuha minn

a)

ġurnata qabel il-Milied.

b)

minn ġimgħa qabel il-Milied.

c)

minn xahar qabel il-Milied.

d)

minn sena qabel il-Milied.

3.

Il-ġulbiena fejn kienu jħalluha biex tikber kif suppost qabel kienu jpoġġuha madwar il-Bambin u l-presepju?

a)

Fit-tieqa.

b)

Fejn il-bieb.

c)

F'post fejn kien ikun hemm ħafna dawl.

d)

F'post fid-dlam.

4.

Dan kienu u għadhom jarmawh fid-djar imdawwar ukoll bil-ġulbiena u fih ħafna pasturi li juru l-istorja tal-Milied.

a)

Il-presepju

b)

Is-siġra tal-Milied

c)

Id-dawl

5.

L-Ingliżi, lejn l-aħħar snin tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, kienu daħħlu tradizzjoni oħra fost il-Maltin, li wkoll għadha hawn sal-ġurnata tal-lum. Taf liema hi?

a)

Id-dawl fit-tieqa.

b)

Is-siġra tal-Milied bit-tiżjin magħha.

c)

Ir-rigali taħt is-siġra tal-Milied.

d)

Il-presepju

6.

Liema minn dawn li ġejjin kienet u għadha ssir qabel il-quddiesa ta' nofsilejl fil-lejl tal-Milied?

a)

Jarmaw il-presepju.

b)

Jiltaqgħu mal-familja.

c)

Il-prietka tat-tifel.

d)

Jixegħlu x-xemgħat fil-girlanda tal-Avvent.

7.

Min kien beda t-tradizzjoni tal-purċissjoni tat-tfal bil-Bambin fit-toroq tal-bliet u rħula Maltin?

a)

Dun Mikiel Xerri

b)

Dun Ġorġ Preca

c)

Il-Papa Franġisku

d)

Dun Karm Psaila

8.

Meta ssir il-purċissjoni bil-Bambin?

a)

Lejliet il-Milied jew fil-ġranet qrib il-Milied.

b)

Dakinhar tal-Milied

c)

Lejliet l-Ewwel tas-Sena

d)

Dakinhar tal-Ewwel tas-Sena

9.

Waqt il-purċissjoni tal-Bambin

a)

it-tfal jagħmlu l-prietka tal-Milied.

b)

jisimgħu l-quddiesa.

c)

ikantaw xi għanjiet tal-Milied.

10.

Waħda mill-iktar għanjiet popolari tal-Milied matul iż-żmien hija

a)

O lejl tas-skiet

b)

Jingle Bells

c)

Ninni la tibkix iżjed

d)

We wish you a Merry Christmas

11.

X'ħareġ għall-bejgħ għall-ewwel darba f'Malta, ġewwa l-Birgu fl-1901?

a)

Is-siġra tal-Milied

b)

Il-qagħaq tal-għasel

c)

Ir-rigali tal-Milied

d)

Il-kartolini tal-Milied

12.

Liema minn dawn huma meqjusa bħala ikel u ħelu tradizzjonali ta' żmien il-Milied? Agħżel tnejn.

a)

Il-qagħaq tal-għasel

b)

Il-figolli

c)

Il-qastan tal-imbuljuta

d)

Il-mince pies