WorksheetsIl-Kmandamenti
Total questions: 10
Worksheet time: 20mins
Ħabibti qaltli li hemm ħafna allat fl-univers. Qaltli wkoll li kull alla huwa importanti u li aħna għandna naqbduhom kollha. Liema kmandament għandi nobdi?
La ssemmix l-isem t’Alla fil-batal.
Jien hu Alla sidek. Ma jkollokx Alla ieħor għajri.
Ħares il-Ħdud u l-btajjel kollha.
Sħabi għandhom xi ħaġa li vera nixtieq li għandi. Dejjem ikollhom l-aħħar mudelli tal-affarijiet u anke ħwejjeġ. Vera rrid li jkolli l-aħħar mudelli bħalhom u dan joħloq fija d-dwejjaq. Liema kmandament għandi nsegwi?
La tixtieqx ħwejjeġ tal-oħrajn
La toqtolx
La tixtieqx nisa tal-oħrajn
Kont miexi fit-triq u rajt persuna titlob lill-karozza. Għalija ħassejtha xi ftit stramba, imma jista’ jkun li b’din il-karozza tgħajjex lill-familja, u tagħmilha ferħana. Tinstema’ daqslikieku din il-karozza hija l-alla tagħha. Id-dar għandi ħafna affarijiet li nista’ nitlob lilhom. Liema kmandament għandi nobdi?
Jien hu Alla Sidek. Ma jkollokx Alla ieħor għajri.
La tixhidx ħaġa b’oħra.
F’kull ħaġa faħħar lil Alla.
Ommi u missieri jirrabbjaw miegħi jekk isiru jafu li fallejt mit-test tal-matematika! X'ħin staqsewni kif mort ippruvajt naħbih u qed naħseb biex ngħidilhom li ġibt l-iktar marka għolja fil-klassi. Liema kmandament għandi nobdi?
Għid dak li lil ħaddieħor jagħmlu ferħan
Kun fidil (faithful) sal-aħħar
Tweġġax lil ħaddieħor
La tixhidx ħaġa b'oħra
Qed nara tifel jieħu l-ħelu mingħajr ma jħallas għalih. Kif noħorġu barra, ftit minn dan il-ħelu jagħtih lili. Ma kienx jiswa ħafna flus. Liema kmandament għandi nsewgi?
Agħti lill-fqir
Ħu kull tip ta' ikel li għandu jittiekel
La tisraqx
Żewġt iħbieb aħjar minn wieħed
Għadni minix kbir biżżejjed biex niżżewweġ. Iz-ziju u z-zija żżewwġu ftit ilu u bħalissa għaddejjin mill-proċess tas-separazzjoni għax iz-ziju jħobb mara oħra. Meta nikber, ma rridx li jiġrili l-istess. Liema kmandament jgħinni nagħmel dan?
Ħobb lill-familja meta tkun trid
La tixtieqx nisa tal-oħrajn.
Tiżżewwiġx
Ħobb lill-għajrek bħalek innifsek
Ġieli nkun vera rrabjat meta xi ħadd iweġġgħani! B'xi mod jirnexxieli nikkalma. Nispera li qatt ma nasal li nieħu ħajjet xi ħadd minħabba f'hekk. Liema kmandament se jgħinni?
La toqtolx
La tiżnix
La tixhidx ħaġa b'oħra
La tixtieqx nisa tal-oħrajn
Vera nixtieq nibqa' nilgħab ma' sħabi online. Imma ommi ilha tgħajjat biex inqum nistudja, niekol, ninħasel u niżbarazza l-kamra! Ijnħossni kbir biżżejjed biex nieħu d-deċiżjonijiet jien! Liema kmandament se nsegwi?
Obdi lil dawk li huma fuqek
Weġġaħ lil missierek u 'l ommok
Itlob ħafna
Weġġaħ lill-għalliema
Nhar il-Ħadd ħabibti trid tmur party. Qaltli li l-quddies mhix importanti, filfatt hi qatt ma tmur. Qaltli wkoll li anke jien missni ma mmur xejn. Liema kmandament se jgħinni niddeċiedi?
La ssemmix l-isem t'Alla fil-batal
Ma jkollokx Alla ieħor għajri
Ħares il-Ħdud u l-btajjel kollha.
Fl-Eżodu, Alla ta lil Mosè istruzzjonijiet li l-Lhud kellhom jobdu. Il-ħames kmandament jgħidlek 'La toqtol'. Ġesù tkellem dwar li m'għandniex noqtlu wkoll imma għamilha aktar ċara. Skont Ġesù, liema minn dawn l-azzjonijiet huma kkunsidrati li jiksru dan il-Kmandament?
Li tkun irrabjat għan-nies mingħajr raġuni tajba.
Titfa' lill-ħabib tiegħek quddiem karozza miexja.
Dawn it-tnejn li huma.
