WorksheetsIl-Bliet il-Qodma
Total questions: 20
Worksheet time: 10mins
X'hemm komuni fit-tlett ibliet qodma tal-Gżejjer Maltin?
It-toroq dojoq.
Jinsabu fuq għolja.
Jinsabu qrib il-baħar.
Fejn għażlu li joqogħdu l-Kavallieri meta ġew Malta?
il-Birgu
iċ-Ċittadella
l-Imdina
Lil min iddedikat il-Katidral tal-Imdina?
San Publiju
San Pawl
Sant' Agata
Fejn jinsab il-Mużew tal-Folklor?
fl-Imdina
fil-Birgu
fiċ-Ċittadella
Fejn qiegħed it-Torri tal-Istandard?
fil-Birgu
fiċ-Ċittadella
fl-Imdina
Lil min hi ddedikata l-knisja tal-Birgu?
San Pawl
San Lawrenz
San Pietru
Lil min huwa ddedikat il-Katidral taċ-Ċittadella?
Lil Santa Marija
Lil San Lawrenz
Lil Sant' Agata
Min iddisinja l-Katidral tal-Imdina?
Jean De La Valette
Lorenzo Gafa
Manoel De Vilhena
Palazzo Falson huwa magħruf ukoll bħala
t-Torri tal-Istandard.
d-Dar Normanna.
s-Sacra Infermeria.
Fejn jinsab il-Ħabs l-Antik?
fiċ-Ċittadella
fir-Rabat f'Malta
fix-Xewkija
Liema huma l-qaddisin li jinsabu fuq wara tal-bieb prinċipali tal-Imdina?
San Ġwann, San Publiju u Sant' Agata
San Publiju, San Pawl u Sant' Agata
San Ġwann, San Pawl u San Lawrenz
X'kien l-użu tal-Palazz tal-Inkwiżitur?
Bħala sptar
Bħala ħabs
Bħala qorti u ħabs
Għal xiex qiegħda tintuża bħalissa s-Sacra Infermeria?
Bħala uffiċju tal-informazzjoni għat-turisti
Bħala sptar
Bħala kunvent tas-sorijiet
Fejn insibu ħafna oġġetti differenti li juru l-istorja kbira li għandha Malta fit-tbaħħir?
Fil-Mużew tal-Folklor
Fil-Mużew tal-Istorja Naturali
Fil-Mużew Marittimu
X'insibu ġewwa Palazzo De Vilhena?
Il-Mużew Marittimu
Il-Mużew tal-Arkeoloġija
Il-Mużew tal-Istorja Naturali
X'kien l-użu tal-Collachio?
Kien post fejn kienu jżommu x-xwieni waqt xi attakk.
Kien jintuża bħala sptar.
Kien post riservat għall-Kavallieri biss.
X'insibu modern fil-Birgu?
il-Kastell Sant'Anġlu
Yacht Marina
il-Collachio
X'kien l-użu tal-Manderaggio?
Biex jistkennu n-nies waqt xi attakk mill-għadu.
Biex il-Kavallieri jżommu x-xwieni tagħhom waqt xi attakk.
Biex jaħżnu l-qamħ li kienu jġibu minn Sqallija.
Liema min dawn jinsab fil-Birgu?
Couvre Porte
Bieb il-Griegi
it-Torri tal-Arloġġ
Liema belt hija magħrufa wkoll bħala Gran Castello?
il-Birgu
iċ-Ċittadella
l-Imdina
