WorksheetsStudji Socjali C4.1 Nies li Jghinuna
Total questions: 20
Worksheet time: 20mins
Min jagħtina pariri kif ma nimirdux u jgħinna nfiqu meta nimirdu?
pulizija
qassis
tabib
spiżjar
X'inhu x-xogħol tal-pulizija?
Jagħti ċ-ċitazzjonijiet biss
Iżomm l-ordni fil-pajjiż
Ifejjaq lill-morda
Imexxi t-traffiku biss
Liema minn dawn jamministra s-sagrament bħal l-magħmudija u ż-żwieġ?
il-qassis
it-tabib
is-sindku
l-ispiżjar
Għażel dawk it-tnejn li jaħdmu bħala VOLUNTIERA.
għalliem
sindku
kap tal-iscouts
president tal-każin tal-banda
Għażel dawk it-tnejn li jaħdmu bħala IMPJEGATI.
għalliem
sindku
membru fil-każin tal-banda
superjur tal-MUSEUM
Frida ilha jumejn b’daharha juġagħha. X’għandha tagħmel?
Tmur għand it-tabib
Taqbad u tixtri l-mediċina
Tgħid lil sħabha
Tagħmel ftit eżerċizzju
Rożi toqgħod waħedha. Semgħet ħsejjes mhux tas-soltu ġejjin minn fuq il-bejt tad-dar tagħha. X’għandha tagħmel Rożi?
Titla' fuq il-bejt
Iċċempel il-pulizija
Tħabbat lill-ġirien
Toħroġ tgħajjar barra
Wara li għamlet ħafna xita, it-triq tagħna mtliet kollha ħofor. X’nista’ nagħmel?
inkellem kunsillier
inkellem pulizija
inkellem lis-surmast tal-iskola
inkellem lill-qassis
Liema minn dawn il-kwalitajiet għandu jkollu membru tal-kunsill tal-iskola? (agħżel tnejn)
Ikun kapaċi jisma lil sħabu
Ikun supperv
Ikun mexxej tajjeb
Ikun egoist
Kont ġej mill-iskola bil-mixi u x’ħin kont ħdejn il-bieb tad-dar tiegħek, tara karozza li weġġgħet tifla serjament. X'għandek tagħmel?
Ma tagħmel xejn
Iċċempel lin-nanna
Iċċempel 112
Dal-lejl bilkemm stajt norqod għax għandi sinna li tgħidx kemm qed tuġagħni. X'għandi nagħmel?
Immur għand l-ispiżjar
Immur għand id-dentist
Niekol tuffieħa
Naħsel snieni
X'inkunu qed infissru meta ngħidu FIRST AID?
kif iċċempel għat-tabib.
l-ewwel għajnuna li għandna nagħtu fil-każ ta’ xi inċident
x’tagħmel l-ewwel ħaġa wara l-iskola.
Ħafna drabi, meta xi ħadd iweġġa’ d-dar, l-ewwel għajnuna
jista’ jagħtiha l-għalliem.
nistgħu nagħtuhielu aħna stess.
jista’ jagħtiha s-sindku.
Meta wara xi inċident jibda ħiereġ id-demm, l-ewwel ħaġa li għandna nagħmlu hija li
ngħattu lil min weġġa’ b’liżar tas-suf.
Inċanfru lil min weġġa’
nippruvaw inwaqqfu d-demm billi nagħfsu l-ferita.
Meta xi ħadd jinfaraġ (jibda ħiereġ id-demm minn imnieħru)
aħsillu mnieħru sew bl-ilma fietel.
żomm in-naħa ta’ fuq tal-imnieħer magħfusa.
inżommu lill-pazjent mimdud.
Meta naraw dan is-sinjal għandna
noqogħdu attenti minn xi xokk.
ma natux kasu.
nidħlu fejn ikun imwaħħal
Meta naraw dan is-sinjal għandna
inmissu fejn ikun imwaħħal.
nżommu l-bogħod u ma nmissux fejn ikun imwaħħal.
nilagħbu futbol ħdejh.
Fejn l-aktar li hemm ċans li nsibu dan is-sinjal
fil-bitħa tal-iskola
fejn swimming pool
fil-grawnd tal-futbol
Dan is-sinjal jurina li dak l-oġġett nistgħu nitfawh fin-nar.
Veru
Falz
Fejn naraw dan is-sinjal?
Stazzjon tal-ferrovija
Ajruport
Skola
Knisja
