wayground logo

Free Printable Worksheets

Font size

S
M
L
XL
Worksheets

Religilus Totalum

Total questions: 100

Worksheet time: 50mins

Name
Class
Date
1.

UNIT 1 - IR-RELIĠJON X'TISWA?


Reliġjonijiet mhux żviluppati, nsejjħulhom reliġjonijiet:

a)

antikwati

b)

żviluppati-nono

c)

ta' żmien il-brodu

d)

primittivi

2.

Fost ir-reliġjonijiet il-kbar, insibu:

a)

Il-kristjaneżmu

b)

L-Arjaniżmu

c)

Il-Buddiżmu

d)

L-Induiżmu

e)

Il-Ġudaiżmu

3.

L-unika waħda li ma semmejnix hija l-

(a)  

4.

L-Induiżmu beda madwar is-sena 1500 q.k. meta

a)

l-Induwini iddeċidew li jivvintaw reliġjon għalihom.

b)

l-Arjani marru jgħixu fl-Indja.

c)

l-Indujani iġġieldu minn mal-Induwini u ħolqu l-Induiżmu.

5.

Għall-Induisti, Alla hu wieħed li ma jistax jiġi deskritt għax huwa assolut. Huma jsejjħulu:

a)

Brawminu

b)

Brawlettu

c)

Brahmu

d)

Brahman

e)

Brahwintunkulillu

6.

Warajh, jemmnu fi tliet allat oħra importanti u dawn huma:

a)

Brahminu, Vishninu u Shivinu

b)

Brahmettu, Vishnettu u Shivettu

c)

Brahma, Vishnu u Shiva

7.

Huma jemmnu li int titwieled f'kategorija partikolari u tibqa' fiha sa ma tmut. Dawn jissejħu:

a)

Kategoriji Soċjali

b)

Kasti Soċjali

c)

Kasti tal-ħajja

8.

Jemmnu li l-unika mod sabiex toħroġ minn dik il-kategorija huwa permezz

a)

Tar-riċiklaġġ

b)

Tar-reinkarnazzjoni

c)

Tal-metamorfosi

9.

Għalihom, l-iskop aħħari tal-ħajja hu li tilħaq

a)

Il-Moshkuwa

b)

Il-Mokuwushaka

c)

Il-Moksha

10.

Il-Buddiżmu beda madwar is-sena 560 q.k. permezz ta' prinċep jismu:

a)

Saukarta Gautama

b)

Giddharta Sautama

c)

Siddharta Gautama

d)

Hartasidd Tamagau

11.

Minkejja l-lussu li kien jgħix fih, ma kienx kuntent u ħass li qalbu kienet vojta.

a)

Vera

b)

Falz

c)

Ma fhimtiex

d)

Issa sew

12.

Hu kkonċentra l-enerġija kollha tiegħu

a)

fil-football

b)

fil-meditazzjoni

c)

fl-istudju

d)

fl-ikel

13.

Ma damux ma bdew isejjħulu il-Buddha, li tfisser

a)

il-kwiet

b)

l-istramb

c)

l-imdawwal

d)

il-wierdo

14.

Il-Buddisti jemmnu li iktar ma tgħix ħajja tajba, aktar tinħeles malajr miċ-ċiklu tar-Reinkarnazzjoni.

a)

Fejn naf?!

b)

Mhux Vera

c)

Użgur li vera

d)

illl kemm huma ħfief dawn!

15.

Jemmnu li meta fl-aħħar tinħeles miċ-ċiklu tar-reinkarnazzjoni, tilħaq in-

(a)  

16.

L-Islam jaf il-bidu tiegħu lil

a)

Muħammed Ali Abudabi

b)

Mahatma Ghandi

c)

Muħammed Al Said

d)

Muħammed

17.

Huma jemmnu li hu kien l-aħħar u l-akbar

(a)  

18.

Il-ktieb qaddis tagħhom huwa

a)

il-Koran

b)

il-Qur'an

c)

It-tnejn tajbin

19.

Għalihom il-Ġenna hi kontinwazzjoni tal-ħajja materjali u mhux li tgawdi lil Alla wiċċ imb'wiċċ.

a)

Nafha, imma mhux sa ngħidlek

b)

Hekk hu

c)

Hux eh!

d)

Jien ma naf xejn!

20.

Il-kelma 'Islam' tfisser:

a)

Alla huwa ħaj

b)

Sottomissjoni sħiħa lejn Alla

c)

Alla huwa Missieri

d)

Ubbidjenza

21.

L-Islam huwa mibni fuq kemm-il pilastru?

a)

2

b)

3

c)

4

d)

5

22.

Liema minn dawn MHUX wieħed minn dawn il-pilastri?

a)

L-istqarrija tal-fidi

b)

Is-sawn darba kuljum

c)

L-għoti tal-karita'

d)

It-talb

23.

X'jisimha l-BELT li fiha Muħammed xandar għall-ewwel darba l-messaġġ tiegħu?

(a)  

24.

Liema dokument jitkellem dwar ir-relazzjoni tal-Insara mar-reliġjonijiet mhux Insara?


Hint: Dan id-dokument jgħid li għandu jkollna rispett lejn kull reliġjon!

a)

Nostradamus

b)

Nostra Religiones

c)

Nosostros somos los mejores

d)

Nostra Aetate

25.

Għalina l-Insara, l-fidi weħidha mhux biżżejjed biex nagħrfu iktar lil Alla.


Neħtieġu wkoll ir-

(a)  

26.

Is-superstizzjoni tfisser:

a)

twemmin bla bażi raġonevoli

b)

tagħti importanza żejda lil xi ħaġa bla raġuni

c)

temmen bil-qtates is-suwed

d)

temmen fil-magics

27.

Il-fanatiżmu huwa:

a)

twemmin bla bażi raġonevoli

b)

meta tkun iffissat fuq il-football

c)

tagħti importanza żejda lil xi ħaġa bla bażi raġonevoli

d)

meta tkun 'fan' ta' xi ħadd

28.

Charles de Foucauld:

a)

Tilef il-ġenituri ta' eta' żgħira

b)

Tilef il-fidi għal sittax-il sena sħaħ

c)

Intelaq għall-ħajja bla rażan

d)

Ikkonverta bl-għajnuna ta' kuġintu u ta' qassis

e)

Miet eżatt qabel ma sar qassis

29.

UNIT 2 - IL-KELMA TAL-MULEJ


Il-Bibbja fiha kemm-il ktieb?

a)

72

b)

73

c)

74

d)

75

30.

F'kemm-il taqsima tinqasam?

a)

2

b)

3

c)

4

d)

5

31.

Inkitbet f'żewġ lingwi oriġinarjament, li kienu:

a)

Il-Grieg u l-Latin

b)

Il-Grieg u l-Lhudi

c)

Il-Lhudi u l-Latin

d)

Il-Malti u t-Taljan

32.

X'għamel Pietru Pawl Saydon?

a)

L-ewwel wieħed li qaraha kollha bla breaks

b)

Żar il-postijiet kollha li jissemmew fil-Bibbja

c)

L-ewwel wieħed li qalibha kollha għall-Malti

d)

Kiteb id-diska 'I love the Bible'

33.

Min qalibha għall-Malti iktar ħaj u mexxej?

a)

Mons. Carmelo Sant

b)

Trevor Zahra

c)

Oliver Friġġieri

d)

Peppi Azzopardi

34.

Min hu l-awtur EWLIENI tal-Bibbja?

(a)  

35.

Il-Bibbja tikxef pass pass il-messaġġ li Alla għandu għall-bniedem, li huwa messaġġ ta'

a)

tama

b)

imħabba

c)

salvazzjoni

36.

MIN KIEN?


Telaq minn art twelidu u mar fejn Alla wrieh

a)

Mose'

b)

Iżakk

c)

Abraham

d)

Ġakobb

37.

MIN KIEN?


Kien kaċċatur, u biegħ il-primoġenitura lil ħuh.

a)

Ġakobb

b)

Għeżaw

c)

Iżakk

d)

Ġużeppi

38.

MIN KIEN?


Ħutu biegħuh skjav fl-Eġittu, spiċċa sar gvernatur u permezz tiegħu l-familja kollha tiegħu temigra fl-Eġittu.

a)

Ġakobb

b)

Għeżaw

c)

Iżakk

d)

Ġużeppi

39.

MIN KIEN?


Permezz tiegħu, Alla jsalva l-poplu Lhudi mill-jasar tal-Eġittu.

a)

Abraham

b)

Aaron

c)

Mose'

d)

Justin Bieber

40.

MIN KIEN?


Mose' jmut qabel ma jidħlu fl-Art Imwiegħda. Min idaħħalhom Kagħan mela?

a)

Jien xorta Mose' ngħid!

b)

Ħuh, Aaron

c)

Ġożwe'

d)

Chris Brown

41.

MIN KIENU?


FL-EWWEL MITEJN SENA TAGĦHOM F'KANGĠAN, dawn kienu jiġu magħżula minn Alla biex imexxu lill-poplu.

a)

Il-profeti

b)

Is-slaten

c)

Il-kuraġġużi

d)

L-imħallfin

42.

MIN KIEN?


L-ewwel SULTAN tal-poplu Lhudi.

a)

David

b)

Sawl

c)

Salamun

d)

Awrata

43.

MIN KIEN?


Kien sultan 'skond il-qalb' ta' Alla.

a)

David

b)

Sawl

c)

Salamun

d)

Paġellu

44.

MIN KIEN?


Wara David laħaq ibnu li kien magħruf għall-għerf kbir tiegħu.

a)

Għarefun

b)

Salamun

c)

Sultanun

d)

kingun

45.

MIN KIENU?


Wara il-mewt ta' Kingun, aaaaaw ta' Salamun, il-poplu inqasam f'żewġ saltniet. Dawn baqgħu isejjħu l-poplu għall-indiema.

a)

Il-magħżulin

b)

Il-profeti

c)

It-tfal innoċenti

d)

It-tfal mhux innoċenti

46.

MIN KIEN?


Kien sultan, qered lil Ġerusalemm u ġarr lil kulħadd ilsier fil-Babilonja.

a)

Nabukowalska

b)

Nabakolandrinu

c)

Nessarkadnabuk

d)

Nabukadnessar

47.

MIN KIEN?


Kien profeta li fi żmien l-Eżilju għen il-poplu jissaffa mill-ħażen. Jibda bl-ittra E (a)  

48.

Għaliex Alla jwarrab lil Sawl?

a)

Għax ma kienx jinħasel

b)

Għax ma baqax fidil lejn Alla

c)

Għax kien jisma' mużika heavy metal

d)

Għax kien xjaħ u beda jħawwad

49.

Liema ktieb issawwar propju waqt l-Eżilju?

a)

Il-ktieb tas-Salmi

b)

Il-ktieb tal-Ġenesi

c)

Il-ktieb tal-profeta Isaija

d)

Lord of the Rings - Book 1

50.

Wara li inħelsu mill-Babilonja u reġgħu lura f'arthom, x'kienet l-ewwel ħaġa li reġgħu bnew?

(a)  

51.

Nemmnu li l-Bibbja hi 'ispirata'. Xi jfisser dan?

a)

Li hija mnebbħa minn Alla nnifsu

b)

Li hija miktuba minn Alla.

c)

Li hija miktuba mill-Ispirtu s-Santu.

52.

Nemmnu li l-Bibbja hija ktieb bla żbalji fil-

a)

ġeografija

b)

grammatika

c)

messaġġ reliġjuż

53.

Meta naqraw qari mill-Bibbja, rridu nersqu lejh bi spirtu ta':

a)

Qima

b)

Smiegħ

c)

qalb miftuħa

d)

Dawn kollha!

54.

UNIT 3 - FIL-BIDU


L-ewwel ktieb tal-Bibbja huwa l-Ġenesi u jitkellem fuq:

a)

Ġesu'

b)

l-Appostli

c)

Il-Ħolqien

d)

Ix-xjenza

55.

L-ewwel kapitlu tal-Ġenesi huwa miktub forma ta'

a)

poeżija

b)

innu

c)

saga reliġjuża

d)

storja romantika

56.

Għaliex l-awtur jgħid li Alla ħalaq id-dinja f'sitt ijiem u fis-seba' jum straħ?

a)

Għax ried jirrappreżenta lil Alla bħala ħaddiem normali li f'sitt ijiem jaħdem u fis-seba' jum jistrieħ

b)

Għax wara s-sitt jum ma kienx jaf x'ser jaqbad jivvinta iktar

c)

Għax in-numru 7 kien jintuża biex juri li xi ħaġa hi perfetta.

d)

Heqq, għax wara sitt ijiem taħdem trid tistrieħ naqra le?

57.

Liema huma ż-żewġ messaġġi ewlenin ta' dan l-ewwel kapitlu?

a)

Li min jaħdem, wara sitt ijiem, irid jistriħ

b)

Li Alla huwa s-sid ta' kollox

c)

Li Alla ħalaq kollox tajjeb

d)

Li Alla ħalaq ir-raġel, ra xi żball għamel, u allura ħalaq il-mara :)

58.

L-istorja tal-waqgħa tal-bniedem hi l-istorja ta' meta:

a)

Adam u Eva kienu mexjin, tfixxklu u waqgħu.

b)

Adam u Eva dinbu għall-ewwel darba

c)

Adam tela' fuq siġra biex jiġbor tuffieħa u waqa' fuq Eva u din tgħidx kemm għajritu.

59.

Ix-xitan f'din l-istorja jidher f'forma ta'

a)

tuffieħa

b)

siġra

c)

serp

d)

dinożawru

60.

L-awtur juża 'serp' biex jirrappreżenta lix-xitan għaliex għalihom kien:

a)

simbolu tal-ħażen

b)

annimal perikoluż

c)

annimal li jitkellem bil-parseltongue

61.

Minn din l-istorja naraw li x-xitan huwa (a)  

62.

Għaliex Alla jħalli lil Eva tidneb?

a)

Għax Alla ħalaqna liberi

b)

Għax ried jittestjaha

c)

Għax dak il-ħin kellu x'jagħmel u ma ndunax

63.

X'kien id-dnub ta' Eva fil-verita'?

a)

li kielet frotta li dak iż-żmien ma setgħux jieklu

b)

li ħasbet li hi taf iktar minn Alla u riedet tagħżel hi x'tagħmel u x'ma tagħmilx

c)

li ħadet deċizjoni mingħajr ma rat x'kienet l-opinjoni ta; Adam

d)

Li kielet il-frotta qabel il-main course

64.

Il-forma letterarja ta' dan ir-rakkont hi dik ta'

a)

saga

b)

parabbola

c)

saga reliġjuża

d)

Parabbola storika

65.

Din l-istorja turina li Alla ħalaq il-bniedem f'għaqda sħiħa ma'Alla, kif ukoll f'għaqda

a)

Miegħu nnifsu

b)

Mal-oħrajn

c)

Mal-ħolqien

d)

Dawn kollha

66.

U għalhekk li firda minn ma' Alla ġġib ukoll firda:

a)

minn magħna nfusna

b)

minn mal-oħrajn

c)

minn mal-ħolqien

d)

minn ma' dawn kollha.

67.

vera li llum għadna nagħmlu l-istess dnub ta' Adam u Eva?

a)

Le, nagħmlu dnubiet oħra imma

b)

Iva, l-għerq ta' kull dnub hu l-istess bħad-dnub ta' Adam u Eva

c)

Le, jien biss biss qas inħobbu t-tuffieħ!

d)

Jien ma nidnibx!

68.

DIN TQILA - MOĦĦOK HEMM!


Id-dnub ta' Adam u Eva jissejjaħ ukoll:

a)

id-dnub tal-bidu

b)

id-dnub oriġinali

c)

id-dnub tan-nisel

d)

Id-dnub irreparabbli

69.

MIN KIEN?


Dan għaraf li kull bniedem hu maqsum fih innifsu - jixtieq jagħmel it-tajjeb imma jsib ruħu jagħmel il-ħażin, u jgħid:

"Min se jeħlisni minn dan il-ġisem tal-mewt?"

a)

Ġesu'

b)

San Ġwann

c)

San Pawl

d)

San Pietru

70.

UNIT 4 - ALLA LI JSALVA

Hawn m'hawnx ċajt issa :)


X'kienet ir-raġuni li wasslet lill-fargħun tal-Eġittu sabiex jitfa' lill-Lhud kollha li kienu fl-Eġittu, skjavi?

a)

Qatt ma kellu demm magħhom

b)

Sar jaf li wieħed minnhom tefa' għajnejh fuq martu u ried ipattihielhom

c)

Kienu kibru wisq fil-għadd u beża li jegħelbu lill-Eġizzjani

71.

Minkejja dan, il-poplu baqa' jikber fil-għadd. X'għamel issa il-Fargħun?

a)

Qatel l-anzjani kollha

b)

Waqaf jipprovdielhom l-ikel u mietu nofshom bil-ġuħ

c)

Ordna li jinqatlu s-subien iż-żgħar ta' kull familja Lhudija

d)

Bgħat nofshom fl-eżilju fil-Babilonja

72.

Waħda mara riedet issalva lill-binha u tefgħatu ġo xmara biex issibu bit il-Fargħun. Min kien dan it-tifel?

a)

Mose'

b)

Elija

c)

Ġesu'

73.

'Mose' tfisser:

a)

Il-Lhudi li għex

b)

Salvat mill-ilma

c)

Il-Lhudi li rebaħ il-mewt

d)

Maħbub minn ommu

74.

Mose' jikber fil-palazz tal-Fargħun bħala prinċep, sakemm darba kellu jaħrab. X'kien għamel?

a)

Qatel suldat li kien qed isawwat raġel Lhudi

b)

Raqad mal-mara ta' ħuh

c)

Sar iħobb mara fost l-iskjavi Lhud

75.

Għadda ż-żmien u Alla daħal biex isalva lill-poplu Lhudi. Għaliex Alla stenna biex isalvahom? Għaliex ma salvahomx qabel?

a)

Għax Alla ried jara kienux sa jibqgħu jemmnu fih

b)

Alla kien telaqhom minħabba l-infedelta' tagħhom

c)

Alla intervjena malli huma daru lejh u talbuh

76.

Għaliex Alla jagħżel lil Mose' - raġel dgħajjef, maħrub u li jlaqlaq?

a)

Għax Mose' kien l-unika Lhudi li seta' jikkonvinċi lill-Fargħun

b)

Għax Mose' minkejja li kien Lhudi, kien jaf jitkellem sew bl-Eġizzjan

c)

Għax Alla ried li l-poplu jgħaraf li kien Alla li ħelsu, u mhux bniedem

77.

Meta Mose' jsaqsi lil Alla "Min ngħidilhom li int?", Alla wieġbu

"JIEN LI JIEN".

X'jurina dan dwar Alla?

a)

Li Alla ħa jurihom min hu mhux bil-kliem, iżda b'dak li kien sa jagħmel

b)

Għax Alla ma riedhomx ikunu jafu min kien għalissa

c)

Għax xorta ma kienux sa jifhmu min kien

78.

Mose' ma jifhem xejn. Ma jafx għalfejn Alla qed jagħżel lilu, imma xorta jgħid 'IVA' u jobdi.

X'turina din dwar Mose'?

a)

Li kien kuraġġuż

b)

Li emmen dak li qallu Alla - li kien sa jkun miegħu

c)

Li beża' li jekk jgħid 'le', Alla kien sa jpattihielu.

79.

Semmi lil xi ħadd ieħor fost il-persunaġġi tal-Bibbja, li bħal Mose', qal 'IVA' għas-sejħa ta' Alla.

(a)  

80.

Sabiex isalvahom, Alla jibgħat 9 kastigi, iżda qalb il-Fargħun tibqa' iebsa.

X'kien l-għaxar u l-aħħar kastig li jibgħat Alla?

a)

Li l-ilma tax-xmajjar isir demm

b)

Li jmutu is-subien il-kbar ta' kull familja Eġizzjana

c)

Li jmutu is-subien iż-żgħar ta' kull familja Eġizzjana

81.

Fl-aħħar il-poplu jaħrab iżda l-Fargħun reġa' bgħat is-suldati għalihom.

X'kien l-ewwel miraklu li issa jaraw quddiemhom il-Lhud?

a)

Alla jibgħat riħ qawwi u jitgerfxu ż-żwiemel kollha tal-Eġizzjani u jmorru lura

b)

Alla jibgħat sħaba kbira li tieqaf quddiem is-suldati u ma jirnexxilhomx isibu l-Lhud

c)

Jinfetaħ il-Baħar tal-Qasab quddiemhom biex ikunu jistgħu jgħaddu

82.

Hekk kif jaqsmu l-Baħar tal-Qasab, il-poplu jsib ruħu

a)

fid-deżert

b)

fl-Art Imwiegħda

c)

taħt il-muntanja Sinaj

83.

Fid-deżert Alla jimxi quddiemhom f'kolonna tas-sħab bi nhar u f'kolonna oħra bil-lejl... kolonna ta' xhix?

a)

ta' stillel

b)

ta' nar

c)

ta' dawl

84.

X'kien jipprovdielhom Alla fid-deżert?

a)

inbid

b)

summien

c)

ħut

d)

manna

e)

ilma

85.

Min kienu l-Għamalkin?

a)

Il-poplu li kien jgħix fl-Art li kienu mexjin lejha

b)

Razza ta' nies li kienu jgħixu fid-deżert u li kienu ħallelin

c)

Poplu li kull xhar kienu jgħaddu mid-deżert ifittxu l-iskjavi

86.

Il-forma letterarja ta' dan il-ktieb tal-Eżodu hija dik ta'

a)

Parabbola storika

b)

Saga reliġjuża

c)

Eżaġerazzjoni storika

87.

L-awtur juża din il-forma biex:

a)

iqanqal u jsaħħaħ il-fidi tal-qarrej

b)

għax ried jikkonvinċi lin-nies li Alla kien jagħmel il-mirakli

c)

għax kien jeżaġera minnu

88.

Alla ma riedx biss jeħlishom mill-Eġittu, iżda ried jasal biex magħhom jagħmel PATT TA' (a)  

89.

Biex iseħħ da il-Patt, Alla jsejjaħ lil Mose' fuq il-Muntajna

a)

Ħoreb

b)

Sinaj

c)

Tabor

d)

Ħermon

90.

Dan il-Patt iseħħ permezz tal-għaxar (a)  

91.

Għal dawn il-kmandamenti, l-poplu Lhudi wieġeb:

a)

"Il-marelli hawn xejn ma nistgħu nagħmlu!"

b)

"U iva, mhux għaxra biss?!"

c)

"Kull ma qalilna l-Mulej nagħmluh"

92.

Fil-verita', l-kmandamenti qiegħdin hemm biex jagħtuna ħaġa waħda:

a)

Il-liberta' vera milli nagħmlu dak li hu ħażin

b)

direzzjoni

c)

għajnuna

93.

Il-poplu Lhudi, tant għaraf dan, li fuq il-kmandamenti qal hekk (għażel 3):

a)

"Egħżeż mid-deheb, mid-deheb l-aktar fin"

b)

"Il-liġi tal-Mulej perfetta u tagħti l-ħajja"

c)

"Għażiża daqs teżor din il-liġi"

d)

"Il-preċetti tal-Mulej dritti u jferrħu l-qalb"

e)

"X'ferħ kbir hemm għal min jaf jobdi"

94.

Minn naħa tiegħu, x'wiegħdom Alla jekk jobdu l-kmandamenti?

a)

Li jkun l-wirt tiegħu fost il-poplu kollhu

b)

Li qatt ma jmisshom l-ebda ħażen

c)

Li jkunu l-aqwa poplu tad-dinja

95.

Fi kliem San Ġwann:

"Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi...

a)

...tkunu salvi"

b)

...tagħrfu l-verita' u l-verita' teħliskom"

c)

...ma ssibu l-ebda tfikil"

96.

BONUS QUESTION NO.1


Siltiet mill-Bibbja


"Le, żgur ma tmutux. Imma Alla jaf li dak inhar li tieklu minnu jinfetħu għajnejkom u ssiru bħal (a)   "

97.

BONUS QUESTION NO.2


Siltiet mill-Bibbja


"Smajt ħossok fil-ġnien u (a)   għax jien għarwien"

98.

BONUS QUESTION NO.3


Siltiet mill-Bibbja


"Jien inbierkek u nkattarlek sewwa lil (a)   bħall-kwiekeb tas-sema"

99.

BONUS QUESTION NO.4


Siltiet mill-Bibbja


"Mose' ħares u ra l- (a)   jaqbad bin-nar bla ma jintemm"

100.

BONUS QUESTION NO.5


Siltiet mill-Bibbja


"Tkellem Mulej għax il- (a)   tiegħek qiegħed jisma'"