WorksheetsL-Implikazzjonijiet Soċjali tax-Xogħol
Total questions: 12
Worksheet time: 6mins
Għaliex taħseb li x-xogħol huwa importanti?
Għax jgħin lill-bniedem jikber, jiskopri u jiżvilluppa t-talenti tiegħu u jgħinna wkoll niżvillupaw relazzjonijiet ma’ nies oħra.
Għax il-bniedem jaqla' l-flus
Għax iktar kemm iddum taħdem f'impjieg partikolari iktar hemm ċans li tingħata promozzjoni
Għax tingħata diversi drittijiet bħala ħaddiem
X'inhi l-imsieħba soċjali?
Dawn huma gruppi li jikmandaw lin-nies
L-imsieħba soċjali jgħallmu lill-ħaddiema
L-imsieħba soċjali hija bbażata fuq gruppi li jsaħħu r-relazzjoni ta' min iħaddem u min jaħdem fuq il-post tax-xogħol
L-imsieħba soċjali huma fabbriki li jħaddmu lin-nies
X'inhu l-irwol tal-imsieħba soċjali?
Li jargumentaw
Li jilħqu ftehim bejniethom rigward diversi kundizzjonijiet
Li jagħmlu eżerċizzju fiziku
Li jieħdu ħsieb dokumenti importanti
X'inhuma xi wħud mill-kundizzjonijiet li ġeneralment jippruvaw jilħqu ftehim fuqhom l-imsieħba soċjali?
pagi, ħinijiet, drittijiet
avvenimenti u lbies
ikel, xorb, divertiment
midja soċjali u teknoloġija
X'inhu konsumeriżmu?
Meta tixtri onlajn
Meta timpjega ħaddiema ġodda
Konsumeriżmu jiġifieri meta wieħed jixtri prodotti teknologiċi biss
Meta l-individwu jixtri l-prodotti u s-servizzi li jaħseb li għandu bżonn
X'inhu l-irwol tat-trejd unjins?
Li joħolqu kunflitt
Li jagħmlu ħafna pjanar
Li jħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema, b'mod partikolari tal-ħaddiema membri
Li jużaw ħafna riżorsi
Agħżel eżempju ta' trejd unjin
Il-Gvern
General Workers Union (G.W.U)
Il-Midja Soċjali
Ir-Riżorsi Umani
Għaliex f'ċerti sitwazzjonijiet il-unjin tiddikjara xi tip ta' azzjoni bħal strajk?
Meta jintlaħaq ftehim bejn il-ħaddiema u min iħaddimhom
Meta jkunu ddejqu mix-xogħol tagħhom
Meta wara ħafna provi xorta ma jintleħaqx ftehim
Meta togħla l-paga
Kif jistgħu jipparteċipaw il-ħaddiema fit-tmexxija tal-kumpannija li jaħdmu fiha?
Billi jieħdu brejk itwal mis-soltu
Billi jagħtu suġġerimenti u joffru ideat kreattivi
Billi jibnu relazzjonijiet ma' ħaddiema oħra
Billi jilmentaw mal-imgħallem
Il-kooperattiva tal-ħaddiema hija
mmexxija minn prinċipal li jkun meqjus aktar mill-bqija tal-ħaddiema l-oħra
magħmulha minn tliet membri biss
magħmula minn grupp ta' nies li m'għandhomx impjieg
mmexxija minn ħaddiema biss
X'inhu wieħed mill-irwol tal-ħaddiema li jiffurmaw parti mir-riżorsi umani?
Jippjanaw u jorganizzaw taħriġ meħtieġ għall-bqija tal-ħaddiema
Jgħoddu kemm hemm impjegati b'kollox
Isewwu s-sistemi tekonologiċi
Inaddfu fejn ikun hemm bżonn
X'għandu jagħmel il-prinċipal ta' kumpannija biex jassigura sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Iħalli lil ħaddiema jaħdmu fi gruppi
Itihom xogħol eħfef
Għandu jgħallem u jħarreġ l-impjegati tiegħu biex b’hekk ikunu preparati għall inċidenti li jistgħu jseħħu.
Iġiegħlhom jixtru lbies prottettiv
